Referenza: 58/2005

Dettalji tas-Sentenza


Data
27/06/2006
Qorti
CIVIL FIRST HALL (CONSTITUTIONAL JURISDICTION)
Ġudikatura
MALLIA TONIO
Partijiet
GOURMET COMPANY LIMITED vs AVUKAT GENERALI
ECLI
N/A
Judgement Type
FINAL JUDGEMENT

Kliem Ewlieni / Fil-Qosor


Kliem Ewlieni
ARTIKOLU 823 TAL-KAP 12 - AUDI ALTERAM PARTEM, ABBUZ TAL-PROCESS GUDIZZJARJU - DISKRIMINAZZJONI - SMIGH XIERAQ - XOLJIMENT TAL-KIRJA - ZGUMBRAMENT
Fil-Qosor
Bi skrittura tad-19 ta` Settembru, 1992, Mariano Vella kkonceda lis-socjeta` rikorrenti, b`titolu ta` lokazzjoni, il-kumpless kummercjali maghruf bl-isem ta` “Gourmet Bar & Restaurant”, gewwa Triq ir-Rabat, Xlendi, u dan versu l-kera ta` Lm4,000 fis-sena matul l-ewwel erba` snin, u Lm5,000 fis-senamatul it-tieni erba` snin. Il-klawsola numru 4 tal-imsemmija skrittura tipprovdi illi:

“Jekkl-inkwilin ikun moruz fil-hlas ta` kull skadenza ta` kera u jibqa` hekk moruz ghal hmistax-il gurnata minn notifika lilu ta` ittra ufficcjali li titolbu l-hlas, din il-lokazzjoni tigi xolta ipse jure,u s-sid ikun intitolat jiehu lura l-pussess tal-azjenda u tal-fondi fejn tinsab gestita immedjatament u minghajr htiega ta` ebda procedura gudizzjarja ulterjuri, salv dejjem id-dritt tieghu illi jithallas l-arretrati ta` kera dovuta lilu”.

Peress li gie allegat li s-socjeta` inkwilina naqsetli thallas il-kera dovuta, minkejja illi giet interpellata ghal dak il-ghan b`ittra ufficcjali debitament notifikata lilha, sid il-kera fetah kawza kontra s-socjeta` rikorrenti fejn talab ix-xoljiment tal-kirja u l-izgumbrament tas-socjeta` konvenuta mill-fond in kwistjoni.

Dik il-kawza giet deciza mill-Qorti tal-Magistrati (Ghawdex) Superjuri, liema Qorti laqghet t-talbiet ta` sid il-kera, iddikjarat illi l-lokazzjoni stipulata bis-sahha tal-iskrittura tad-19 ta` settembru, 1992, hijaxolta minhabba n-nuqqas tas-socjeta` rikorrenti li thallas l-iskadenza tal-kera dovuta fit-2 ta` Novembru, 1996, u awtorizzat lill-attur li jirriprendi l-pussess tal-azjenda. Is-socjeta` rikorrenti ressqet appell minn dik is-sentenza, izda l-Onorabbli Qorti tal-Appell cahdet l-appell u kkonfermat is-sentenza ta` prim istanza. Saret talba ghar-ritrattazzjoni tal-kawza quddiem l-Onorabbli Qorti tal-Appell, liema talba giet michuda.

Fil-frattemp, u wara s-sentenza moghtija mill-Onorabbli Qorti tal-Appell fil-11 ta` Ottubru, 2005, sid il-kera talab u ottjena l-hrug ta` mandat ta` zgumbrament kontra s-socjeta` rikorrenti. Wara l-hrug ta` dan il-mandat, is-socjeta` rikorrenti resqet it-talba ghar-ritrattazzjoni, kif ukoll talba ghas-sospensjoni tal-esekuzzjoni ghas-sentenza, u kawza quddiem il-Qorti tal-Magistrati (Ghawdex) Superjuri biex jigi dikjarat null u bla effett il-mandat ta` zgumbrament.

L-ilment tas-socjeta` rikorrenti huwa bazat principalment fuq l-allegat ksur tal-principju ‘audi alteram partem' u smigh xieraq.

Din il-Qorti ma jirrizultalhiex li, f`xi mument, kien hemm ksur tal-principji ta` ‘audi alteram partem' u smigh xieraq. It-talbiet u l-lanjanzi tas-socjeta` rikorrenti gew kollha mressqa quddiem Qorti imparzjali u indipendenti u minnha kkunsidrati. Il-fatt li t-talbiet gew michuda ma jfissirx li r-rikorrenti ma nghatatx smigh xieraq jew lit-talba taghha ma gietx ikkunsidrata. Mhux kull talba li ssir lil xi Qorti trid bil-fors taghti lokghal trattazzjoni orali, u diment li kull parti tinghata l-istess opportunita` biex tressaq il-kaztaghha, ir-regoli ta` smigh xieraq ikun sodisfatti. Biex persuna tigi “mismugha”, mhux mehtieg li din tinghata dejjem u f`kull kaz id-dritt li titkellem, basta li tinghata l-opportunita` li, b`xi mod, tikkomunika l-hsiebijiet taghha. Meta Qorti taqra dak li jkun kiteb parti biex jsostni l-punt tieghu, hu kien qed jinghata smigh xieraq.

F`kull kaz imqajjem mis-socjeta` rikorrenti, is-socjeta` rikorrenti giet “mismugha” mill-Qorti adita u nghatat l-opportunita` tressaq il-kaz taghha.

Fil-proceduri quddiem l-Onorabbli Qorti tal-Appell ghat-twaqqif tal-esekuzzjoni tas-sentenza,dik l-Onorabbli Qorti semghet lis-socjeta` rikorrenti qabel ma tat id-decizjoni taghha tat-22 ta` Novembru, 2005. It-talba ghas-sospensjoni tal-esekuzzjoni tas-sentenza saret skond l-artikolu 823 tal-Kap. 12, u dak l-artikolu jaghti diskrezzjoni lill-Qorti twaqqafx jew le l-esekuzzjoni tas-sentenza. F`dan il-kaz, dik l-Onorabbli Qorti semghet it-trattazzjoni u qieset li, fic-cirkustanzi, ma dehrilhix li kellha tordna t-twaqqif tal-esekuzzjoni tas-sentenza. La darba l-ligi taghti diskrezzjonilill-Qorti l-uzu ta` dik id-diskrezzjoni ma jistax jitqies bhala vjolazzjoni ta` smigh xieraq.

Is-socjeta` rikorrenti ilmentat li l-Onorabbli Qorti tal-Appell ma kkonceditilhiex zmien biex tottempera ruhha ma' dak mitlub fl-artikolu 823(2)(a) tal-Kap. 12. Din il-Qorti tinnota li, fl-ewwellok, dak l-artikolu jirrikjedi li l-garanzija hemm mitluba tinghata “flimkien mat-talba” u mhux warau, f`kull kaz, jekk dak l-artikolu jigi interpretat fis-sens li l-Qorti tista`, f`certi cirkustanzitammetti garanzija pprezentata wara t-talba, dan xorta wahda ma jfissirx li dik il-koncessjoni tridtinghata f`kull kaz, izda li l-Qorti tista', jekk ic-cirkustanzi hekk jitolbu, taghti l-purgazionedella mora. Din il-purgazione hija dejjem fakultativa ghall-Qorti u l-fatt li jigi muri li l-fakolta` giet ezercitata pozittivament f`zewg kawzi izda negativament f`dawn il-proceduri, ma jwassalx ghal agir diskriminatarju. Biex jirrizulta agir diskriminatorju jrid ikun hemm trattament differenti f`kazijiet u cirkustanzi simili.

Fil-kuntest ta` diskriminazzjoni, dak li jrid jigi ppruvat huwa illi l-allegat trattament kien differenti minn dak li nghata lil persuni ohra li kienu tal-istessdeskrizzjoni taghhom. Il-paragun li minnu jehtieg li tohrog id-distinzjoni li hi l-bazi tar-reklamta` diskriminizzjoni “timporta zewg elementi,u cioe`, li l-lanjant ma giex ittrattat b`certu mod waqt li haddiehor fl-istess cirkostanzi (in pari conditione) gie jew kien gie ttrattat b`certu mod waqtli haddiehor fl-istess cirkostanzi ma giex. F`dan il-kaz ma jirrizultax li kien hemm persuni f`sitwazzjonijiet ugwali li gew trattati b`mod differenti.

Barra minn dan, l-Onorabbli Qorti tal-Appell, fid-decizjoni taghha tat-22 ta` Novembru, 2005, ma strahitx biss fuq in-nuqqas tal-presentatatal-garanzija, izda stqarret li, fil-fehma taghha, lanqas ma hi sodisfatta li kienu jirrikorru c-cirkostanzi kontemplata fl-artikolu 823(2)(b).

Fil-fehma ta` dik l-Onorabbli Qorti, ic-cirkustanzi kienu juru li jekk l-esekuzzjoni tas-sentenza tigi sospiza, kienet tohloq pregjudizzju akbar lis-sid il-kera, milli l-esekuzzjoni setghet tohloq lis-socjeta` rikorrenti. L-esercizzju li ghamlet dik l-Onorabbli Qorti ghamlitu wara apprezament tal-fatti kif kienu quddiemha, u jekk persuna titqieghed, b` decizjoni, in-naha hazina ta` dik id-decizjoni, ma jfissirx li kien hemm xi ksur ta` smigh xieraq. Il-fatt li, f`dan il-kaz, l-applikazzjoni tal-ligi giet kontra s-socjeta` rikorrenti, mhux cirkustanza li taghti lok ghal ghoti ta` xi rimedju straordinarju kif mitlub mis-socjeta` rikorrenti.

Is-socjeta` rikorrenti tilmenta mid-digriet tal-24 ta` Novembru, 2005, moghti mill-Qorti tal-Magistrati (Ghawdex) Superjuri li in forza tieghu cahdet it-talba ghas-sospensjoni tal-esekuzzjonital-mandat ta` zgumbrament. Hawnhekk ukoll, din il-Qorti ma tirravisa ebda ksur ta-dritt ta` smighxieraq. Il-fatt li kien hemm kawza pendenti ghat-thassir tal-mandat, ma jfissirx li l-Qorti kienetobbligata tissospendi l-esekuzzjoni tal-mandat.

Din hi materja mhollija f`idejn il-Qorti aditta, u ladarba is-socjeta` rikorrenti kellha l-opportunita` tressaq il-kaz taghha quddiem il-Qorti,ma jistax jinghad li, ghax id-decizjoni tal-Qorti tohloqilha pregjudizzju, allura kien hemm ksur tal-principju ‘audi alteram partem'. Il-pregjudizzju jew inkonvenjent li decizjoni tohloq f`parti telliefa mhix raguni biex tigi sostnuta talba ghar-revoka ta` dik id-decizjoni, u jekk dik il-parti tinghata opportunita` fil-limiti tar-regoli procedurali, kemm dawk statutorji kif ukoll dawk moghtija mill-gudikant ghall-ahjar prosegwiment tal-process, biex tressaq il-kaz taghha, ma jistax jinghad lihemm ksur tal-principju ta` ‘audi alteram partem'. F`dan il-kaz, is-socjeta` rikorrenti inghatat din l-opportunita`, u kwindi l-Qorti ma ssib ebda ksur tar-regoli invokati.

L-istess jista` jinghad fir-rigward tad-digrieti tat-22 ta` Gunju, 2005, u 22 ta` Awissu, 2005 moghtija mill-Qorti tal-Magistrati (Ghawdex) Superjuri. Dik il-Qorti, wara li semghet l-argumenti tar-rikorrenti, dehrilha li ma kienux imsejsa fil-ligi u cahdithom. L-istess ghandu jinghad fil-kuntest tad-digriet moghti mill-Qorti tal-Magistrati (Ghawdex) Superjuri fit-30 ta` Novembru, 2005. Hawn ukoll it-talba saret mis-socjeta` rikorrenti li ghamlet is-sottomissjonijiet taghha.

Huwa maghruf li l-fatt li parti tipprezenta rikors kostituzzjonali quddiem din il-Qorti, ma hiex ta` ostakolu ghal prosegwiment tal-proceduri l-ohra pendenti quddiem Qorti ohra; jekk il-proceduri jkunu sospizi jew le hu mholli fid-diskrezzjoni tal-Qorti. F`dan il-kaz dik il-Qorti ezercitat id-diskrezzjoni taghha wara li qiesetit-talba tas-socjeta` rikorrenti u r-rikors kostituzzjonali li kien gie pprezentat, u dehrilha li makellhiex tissospendi l-esekuzzjoni tal-mandat ta` zgumbrament numru 153/05. Talba li saret mis-socjeta` rikorrenti ghar-revoka contrario imperio ta` dak id-digriet giet ukoll michuda mill-istess Qorti. F`kull kaz, id-decizjonijiet tal-Qorti nghataw wara li gew ikkunsidrati s-sottomissjonijiet tas-socjeta` rikorrenti. Ma jirrizultax, ghalhekk, li kien hemm xi vjolazzjoni tal-artikolu 89 tal-Kostituzzjoni jew tal-artikolu 6(1) tal-Kap. 319.

Fl-ahhar nett din il-Qorti thoss li ghandha tirrimarka li dawn il-proceduri ma kienu xejn hlief tentattiv biex jigi ostakolat process gudizzjarjuli, sa fejn kien jimmerita dawn il-proceduri, segwa iter procedurali korrett, skond il-ligi u b`rispett lejn il-principju ta` ‘audi alteram partem' u smigh xieraq. Il-Qorti tirraviza fihom abbuz tal-process gudizzjarju b`tentattiv biex is-socjeta` rikorrenti, akkost ta` kollox, tipprova tibqa` fil-pussess tal-fond in kwistjoni gewwa x-Xlendi. Il-Qorti tara li l-proceduri kienu ghal kollox vessatorji u, ghalhekk, sejra tapplika l-provedimenti tal-artikolu 10 tat-Tariffa A ta` Skeda A, annessa mal-Kap. 12 tal-Ligijiet ta` Malta.

Ghaldaqstant, din il-Qorti tiddisponi mill-kawza billi tichad it-talbiet tas-socjeta` rikorrenti, bl-ispejjez kollha kontra taghha; b`applikazzjoni tal-artikolu 10 tat-Tariffa A ta` Skeda A, annessa mal-Kap. 12 tal-Ligijiet ta` Malta, filwaqt li tordna lis-socjeta` rikorrenti thallas lir-Registratur tal-Qrati spejjez addizzjonali ta` Lm300.




Programm Operattiv 1
CONvErGE connected eGovernment


Dan is-sit jagħmel użu mill-cookies biex jiggarantilek l-aħjar esperjenza. Jekk ma tbiddilx is-settings tiegħek, nifhmu li qed taċċetta l-użu tal-cookies b’mod awtomatiku. Iktar Informazzjoni