Reference: 4/2006

Judgement Details


Date
31/05/2006
Court
CIVIL FIRST HALL (CONSTITUTIONAL JURISDICTION)
Judiciary
MICALLEF JOSEPH R.
Parties
CARUANA SIMON vs ONOREVOLI PRIM MINISTRU
ECLI
N/A
Judgement Type
FINAL JUDGEMENT

Keywords / Summary


Keywords
181 B TAL KAPITOLU 12 TAL LIGIJIET TA MALTA - LEGITTIMI KUNTRATTURI F AZZJONI KOSTITUZZJONALI
Summary
Il-Qorti tqis li l-kwestjoni ta' min hija l-persuna xierqa li ghandha titharrek f'kawza hija ta' siwi daqs kemm hu mehtieg li tkun xierqa l-persuna li tiftah il-kawza. Sakemm ma jkunx jidher li l-eccezzjoni qeghda titqajjem biss bhala manuvra procedurali, id-determinazzjoni ta' min ghandu jkun fil-kawza hija aspett fundamentali tal-azzjoni li tkun, u dan ghaliex kull att gudizzjarju li jsir minnjew kontra persuna li ma tistax toqghod f'kawza u li ma tkunx awtorizzata regolarment ghal daqshekk,huwa att li ma jiswiex.

L-eccezzjoni tal-illegittimita' tal-persuna hija perentorja tal-gudizzju, ghax jekk tintlaqa', l-gudizzju jaqa' u jispicca. Ghalhekk dik l-eccezzjoni tista' titqajjemukoll f'kull stadju tal-process, imqar fil-grad tal-appell, u jekk kemm-il darba tintlaqa', iggib maghha l-helsien tal-parti mharrka milli tibqa' fil-kawza.

Illum il-gurnata jingharfu kategoriji differenti ta' persuni li jistghu jitqiesu bhala legittimi kuntraditturi f'azzjonijiet kostituzzjonali. Dawn jinqasmu fi tliet kategoriji, jigifieri (a) dawk li jridu jwiegbu direttament jew indirettament ghall-ghamil li jikser id-dritt fundamentali ta' persuna, (b) dawk li jridu jaghmlu tajjeb (billi jipprovdu r-rimedju xieraq) ghan-nuqqasijiet jew l-eghmejjel li bihom haddiehor jikser xi jeddfundamentali ta' xihadd, u (c) dawk il-partijiet kollha li jkunu f'kawza meta kwestjoni ta' xejra kostituzzjonali jew konvenzjonali tqum waqt is-smigh ta' xi kawza f'qorti. Ma' dawn, u dejjem jekk ikollhom interess fil-kawza, jistghu jiddahhlu persuni ohrajn bil-ghan li jaghmlu shih il-gudizzju u jaghmluh rapprezentattiv ta' kull interess involut fil-kwestjoni.

L-imsemmija kategoriji tfasslu mill-frott ta' sensiela ta' decizjonijiet li ippruvaw jirregolaw is-sitwazzjoni qabel ma saru l-bidliet fil-ligi procedurali fl-1995, li kienu mahsuba biex ma jhallux aktar kwestjonijiet ta' xejrapreliminari dwar min ghandu jidher ghall-Gvern, ixekklu l-mixi 'l quddiem tas-smigh tal-kawzi fil-mertu. Bis-sahha tal-artikolu 181B tal-Kapitolu 12 tal-Ligijiet ta' Malta, ir-regoli iccaraw kif wiehed ghandu jirregola ruhu f'kawzi ta' xejra kostituzzjonali.

Fil-kaz li ghandna quddiemna, l-intimat jghid li l-kawza messha tressqet kontra d-Direttur Generali tal-Qrati. Din is-sottomissjonima tistax tintlaqa', u dan ghaliex kemm min-natura tal-kwestjoni nnifisha (jigifieri l-kostituzzjonitat-Tribunal u l-ligi li tahtha twaqqaf) u kif ukoll minhabba li r-rimedju mitlub ma jistax jaghmeltajjeb ghalih l-imsemmi Direttur.

Il-legislatur ried li f'kull kaz li fih wahda mill-partijiet tkun il-Gvern, dik ir-rapprezentanza tkun principalment f'kap tad-dipartiment u, fejn dan ma japplikax, sussidjarjament fil-persuna tal-Avukat Generali, li dejjem u f'kull kaz irid jigi wkoll notifikat bl-atti gudizzjarji li jitressqu kontra l-Gvern. Din in-norma procedurali ma tiddistingwix bejn procedimenti gudizzjarju “ordinarji” u ohrajn “kostituzzjonali”.

Ir-regola tal-procedurakif imfissra fl-artikolu 181B tal-Kapitolu 12 tal-Ligijiet ta'Malta kienet bilfors maghrufa lir-rikorrent jew lill-avukati li qabbad, u b'hekk ma jistax jinghad li din ic-cirkostanza nholqot ghall-gharrieda u bla mahsub waqt is-smigh tal-kaz.

Ghaldaqstant, il-Qorti tiddikjara li l-Onorevoli Prim Ministru m'huwiex il-kontradittur legittimu tal-azzjoni attrici u qeghda ghalhekk tehilsu millijibqa' fil-kawza, bi spejjez tar-rikorrenti.




Operational Programme 1
CONvErGE connected eGovernment


We use cookies to ensure that we give you the best experience on our website. If you continue without changing your settings, we'll assume that you are happy to receive all cookies. More Info