Reference: 2126/1997/1

Judgement Details


Date
11/10/2001
Court
CIVIL COURT, FIRST HALL
Judiciary
MAGRI ALBERT J.
Parties
BUHAGIAR GODFREY vs MALTA SHIPBUILDING COMPANY LIMITED
ECLI
N/A
Judgement Type
NOT AVAILABLE

Keywords / Summary


Keywords
ASSIKURAZZJONI, PERSONAL ACCIDENT INSURANCE POLICY - DANNI, HLAS LI JSIR TAHT PERSONAL ACCIDENT INSURANCE POLICY - DANNI, OVERTIME BHALA FATTUR GHALL-LIKWIDAZZJONI TA` LUCRUM CESSANS - DANNI, RESPONSABILITA` TAL-IMPJEGAT - DANNI, RESPONSABILITA` TA` MIN IHADDEM
Summary
Din is-sentenza giet varjata fl-appell f'dak li jirrigwarda l-komputazzjoni ta' "overtime" ghall-finijiet tal-lucrum cessans. Dwar dan l-aspett issir referenza ghas-sentenza tal-Qorti ta' l-Appell deciza fil-25 ta' Frar 2005 ukoll riportata.

Ghandha ssir distinzjoni netta bejn l-obbligi ta' minn ihaddem u dawk ta' l-istess impjegat. Filwaqt li l-"employer" huwa tenut li jipprovdi "a safe system of work" kif ukoll "a safe place of work" sabiex jassigura li l-persuni li jkunu taht l-kontroltieghu ma jsofru ebda incident waqt ix-xoghol, l-impjegat huwa obbligat li jobdi l-ordnijiet ta' min jhaddmu entro il-limiti tal-possbilli u li jaghmel dak kollu mehtieg sabiex iwarrab l-possibilita'ta' incident ghalih u ghal dawk ta' madwaru. Dawn l-obbligi reciproci huma cirkoskritti bir-regolatal-"bonus pater familias". Ghalhekk kull minn jonqos li josserva dan il-minimu ta' prudenza ghandujsofri l-konsegwenzi tan-nuqqasijiet tieghu.

Hafna drabi l-impjegat huwa obbligat jaqdi dmiruf'ambjenti ftit li xejn rakkomandabbli u xorta jaghmel xogholu. Izda ma jfissirx li b'daqshekk hujkun qed jaccetta r-responsabbilita' ghal dak li jista' jigrilu. Kull ma jfisser hu li l-impjegat jipprova jaqdi dmiru fic-cirkostanzi provduti lilu.

Fil-likwidazzjoni tal-lucrum cessans, ma ghandha tinghata ebda somma ulterjuri ghall-telf ta' "overtime" semplicement billi kull ammont li jigikomputat favur id-danneggjat ghall-lucrum cessans jibda jiddekorri mid-data tal-incident. Konsegwentement kull kalkolu jsir jiehu in konsiderazzjoni s-sitwazzjoni "finanzjarja" tal-attur f'dak il-mument. Madanakollu dan ma jfissirx li l-"overtime" ma ghandux jittiehed in konsiderazzjoni fil-komputazzjoni tat-telf futur. Huwa minnu li tali introitu mhux garantit, izda f'certi industriji, per ezempju, dik ta' ship building, l-overtime hija pjuttost regola izjed milli eccezzjoni. Ghalhekk huwa gust li fil-kalkoli li jsiru wiehed jikkonsidra l-aspettativi kollha tad-danneggat.

Kull pagament li jsir taht Personal Accident Insurance Policy huwa indipendenti minn kull hlas li jista' jkun dovut taht l-hekk imsejha "employers liability". Pagament ta` dan it-tip ma jsirx in sodisfazzjoni tar-responsabbilita' ta` min ihaddem ghall-akkadut. Kieku kien hekk dan kien jammonta ghall-ammissjonita' responsabbilita`.




Operational Programme 1
CONvErGE connected eGovernment


We use cookies to ensure that we give you the best experience on our website. If you continue without changing your settings, we'll assume that you are happy to receive all cookies. More Info