Referenza: 1031/1979/1

Dettalji tas-Sentenza


Data
30/05/2001
Qorti
CIVIL COURT, FIRST HALL
Ġudikatura
VALENZIA GEOFFREY
Partijiet
GALEA ANTHONY PRO ET NOE vs ZAMMIT DOMENIC
ECLI
N/A
Judgement Type
NOT AVAILABLE

Kliem Ewlieni / Fil-Qosor


Kliem Ewlieni
KOLLIZJONI, DOVERI TA` PEDESTRIAN - KOLLIZJONI, EMERGENZA SUBITANEA - KOLLIZJONI, SORPASS
Fil-Qosor
Ma tezisti ebda forma ta' prezunzjoni ta' dritt favur pedestrian meta dan ikun involut f'incident ma' vettura. Ghall-kuntrarju, il-kejl li bih jehtieg li tigi meqjusa l-materja ta' responsabilta' jibqa' dak klassiku tad-determinazzjoni ta' x'kienet il-kawza prossima u immedjata ta' l-incident u x'kien il-fatt determinanti li pprovokah. Hu car li kemm il-pedestrian, kif ukoll id-driver, ghandhomdrittijiet u responsabiltajiet bhala utenti tat-triq u kull wiehed minnhom kien bil-ligi obbligat li josserva r-regolamenti li jinkombu fuqhom biex jigi assigurat illi fl-ezercizzju tad-dritt taghhomli juzaw it-triq ma jaghmlu xejn biex ifixklu lil haddiehor fl-uzu legittimu ta' l-istess triq. Hu meta jsir abbuz mid-dritt ta' dan l-uzu, sew jekk tal-pedestrian, sew jekk tas-sewwieq, li temanir-responsabilta' ghall-akkadut. Minn dan trid tigi evalwata l-htija u l-eventwali responsabilta' ghas-sinistru.

Il-kaz li fih id-driver jista' jkun ezentat mir-responsabilta', hu dak biss lifih il-pedestrian, b'xi att inaspettat jew subitaneu jew xort'ohra b'xi ghemil tieghu jkun qieghed lid-driver f'posizzjoni li anke bl-uzu tad-diligenza mehtiega dan ma setax assolutament jevita l-investiment.

Emergenza subitanea tavvera ruha bhal meta persuna taqsam f'daqqa u tissorprendi lilkonducent, jew taghmel xi moviment insolitu u inaspettat jew meta pedestrian jinzel inaspettatamentminn fuq bankina, jew li jaqsam jew jitfacca ghall-gharrieda minn wara xi car iehor, jew li johrogminn xi kurva fit-triq, jew li jitfacca ghall-gharrieda u inaspettatament quddiem il-karozza.

Regola importantissima ghas-sorpass hi li din ghandha ssir b'sikurezza.




Programm Operattiv 1
CONvErGE connected eGovernment


Dan is-sit jagħmel użu mill-cookies biex jiggarantilek l-aħjar esperjenza. Jekk ma tbiddilx is-settings tiegħek, nifhmu li qed taċċetta l-użu tal-cookies b’mod awtomatiku. Iktar Informazzjoni