Reference: 725/1999/1

Judgement Details


Date
19/09/2001
Court
CONSTITUTIONAL
Judiciary
CARUANA DEMAJO GIANNINO
Parties
DEPASQUALE ONOR IMH DR ANTON vs AVUKAT GENERALI
ECLI
N/A
Judgement Type
NOT AVAILABLE

Keywords / Summary


Keywords
DRITTIJIET FONDAMENTALI TAL-BNIEDEM, EQUALITY OF ARMS - DRITTIJIET FONDAMENTALI TAL-BNIEDEM, GURISDIZZJONI TAL-PRIM` AWLA LI TISTHARREG ALLEGATI VJOLAZZJONIJIET IMWETTQA MILL-QORTI KOSTITUZZJONALI - DRITTIJIET FONDAMENTALI TAL-BNIEDEM, IMPARZJALITA` OGGETTIVA - DRITTIJIET FONDAMENTALI TAL-BNIEDEM, IMPARZJALITA` SOGGETTIVA - DRITTIJIET FONDAMENTALI TAL-BNIEDEM, INDIPENDENZA U IMPARZJALITA` TAL-QORTI JEW TRIBUNAL - DRITTIJIET FONDAMENTALI TAL-BNIEDEM, PROCESS SABIEX JIGI SURROGAT IMHALLEF - DRITTIJIET FONDAMENTALI TAL-BNIEDEM, RAPPREZENTANZA GUDIZZJARJA TAL-GVERN
Summary
Il-Prim'Awla tal-Qorti Civili fis-sede taghha Kostituzzjonali ghandha gurisdizzjoni originali biex tezamina jekk sehhx allegat ksur ta' dawk id-drittijiet da parti tal-Qorti Kostituzzjonali.

L-Avukat Generali jirrapprezenta lill-Gvern f'dawk l-atti u l-azzjonjjiet gudizzjarji li minhabba n-natura tat-talba ma jkunux jistghu jigu diretti kontra xi wiehed jew aktar mill-kapijiet tad-dipartimenti l-ohra tal-Gvern. Ghalhekk huwa l-Avukat Generali li jirraprezenta l-Gvern f`kawzi ta` natura kostituzzjonali istitwiti kontra l-Gvern.

Imparzjalita' tfisser "lack of prejudice or bias". L-ezistenza ta` imparzjalita` ghall-finijiet tal-Artikolu 6(1) tal-Konvenzjoni Ewropeja trid tigi determinata` skond test soggettiv, jigifieri fuq il-bazi tal-konvinzjoni personali tal-imhallef partikoolari f`kaz partikolari, u wkoll skond test oggettiv, jigifieri billi jitqies jekk l-imhallef joffrixgaranziji sufficjenti sabiex jeskludi kwalsijasi dubju legittimu fil-konfronti tieghu.

It-test soggettiv jehtieg il-prova ta` personal bias kontra r-rikorrent. Il-prezunzjoni f`dan ir-rigwardhija li l-imhallef huwa imparzjali sakemm ma jigix provat il-kontra.

It-test oggettiv huwa simili ghall-principju li l-gustizzja mhux biss trid tigi mwettqa imma trid ukoll tidher li qed tigi mwettqa. Filwaqt li l-opinjoni tar-rikorrent f`dan il-kuntest hija importanti, din mhix deciziva. Dakli hu fondamentali huwa li l-imparzjalita` tista` tkun gustifikata oggettivament.

Il-funzjoni tal-Prim` Imhallef ghall-finijiet tal-Artikolu 101A(13) tal-Kostituzzjoni hija biss wahda manigerjali u ma jistax jinghad li biha "ma jistax jiggarantixxi l-apparenza shiha ta' indipendenza u imparzjalita'" tal-komponenti tal-Qorti nominati skond ir-rakkomandazzjoni tieghu proprju hu ma jippartecipax fid-determinazzjoni tal-mertu tal-kawza li fiha tkun saret is-surroga.

L-artikolu 101 A(13) tal-Kostituzzjoni umbaghad jorbot lill-Ministru responsabbli ghall-gustizzja li 'jagixxi skond ir-rakkomandazzjoni li tkun saritlu mill-Prim Imhallef". Jigifieri hu ma ghazel lil hadd izda jagixxiskond il-Kostituzzjoni.

Il-Qorti Kostituzzjonali hija Qorti mwaqqfa b'ligi, infatti l-oghlaligi tal-pajjiz filwaqt illi hija Qorti indipendenti peress illi hija komposta minn tlett Imhallfinli l-indipendenza taghhom hija wkoll garantita mill-istess Kostituzzjoni. Il-fatt illi l-istess Imhallfin huma inizjalment appuntati ghall-kariga taghhom mill-Ezekuttiv (Artikolu 96 (1) tal-Kostituzzjoni) li, incidentalment qatt ma gie b'xi mod interpretat li kien qed jeffettwa r-rekwiziti ta' dan l-element anqas mil-lat ta' apparenza ta' indipendenza.

F`kawzi ta` natura kontenzjuza il-principju ta` 'equality of arms' ifisser li kull parti trid tinghata opportunita` ragjonevoli sabiex tipprezenta l-kaz taghha - inkluzi l-provi - taht kondizzjonijiet li ma jpogguhiex fi zvantagg sostanzjali fil-konfront tal-kontro-parti.

Il-possibilita` moghtija lill-partijiet li jeccepixxu r-rikuza tal-imhalfin toffrilhom l-equality of arms fl-ghazla ta` min ser ikun il-gudikant fil-kawza taghhom.




Operational Programme 1
CONvErGE connected eGovernment


We use cookies to ensure that we give you the best experience on our website. If you continue without changing your settings, we'll assume that you are happy to receive all cookies. More Info