Reference: 5/2004

Judgement Details


Date
15/12/2005
Court
OF CRIMINAL APPEAL (SUPERIOR)
Judiciary
DE GAETANO VINCENT, FILLETTI JOSEPH A., SCICLUNA DAVID
Parties
IR-REPUBBLIKA TA' MALTA vs NOEL MIZZI
ECLI
N/A
Judgement Type
FINAL JUDGEMENT
Linked Case
N/A

Keywords / Summary


Keywords
APPELL MILL PIENA - INTERPRETAZZJONI JEW APPLIKAZZJONI SKORRETTA JEW INKOMPLETA TAL LIGI LI ESTA KELLHA INFLUWENZA FUQ IL VERDETT TAL GURATI - PROVOKAZZJONI U AGITAZZJONI TAL MOHH
Summary
Il-kwistjoni kollha tirrigwarda l-interpretazzjoni moghtija mill-ewwel Qorti ghall-element ta' provokazzjoni mehtieg sabiex offiza volontarja tista' titqies skuzabbli fic-cirkostanzi msemmija fil-paragrafu (a) u fil-paragrafu (c) ta' l-artikolu 230 tal-Kodici Kriminali. Il-paragrafu (a) jirreferi ghas-sitwazzjoni fejn offiza volontarja fuq il-persuna tkun saret mill-hati wara li kien "ipprovokat b'offiza gravi fuq il-persuna jew b'delitt iehor kontra l-persuna, meta dan id-delitt ikun suggett ghall-piena ta' aktar minn sena prigunerija". Il-paragrafu (c) jirreferi ghas-sitwazzjoni fejn offizavolontarja fuq il-persuna tkun saret mill-hati wara li kien ipprovokat "minn delitt, ta' kull xortali jkun, kontra l-persuna".

L-esposizzjoni tal-ligi li ghamel l-Imhallef li ppresjeda l-gurima kinitx preciza. Difatti l-kliem li uza li "l-hsara tkun tali li f'nies ta' temperament ordinarjukomunement iggib l-effett li ma jkunx kapaci li jqis il-konsegwenzi tad-delitt" huwa kliem il-ligi fejn tittratta d-difiza tal-passjoni istantanja jew agitazzjoni tal-mohh skond il-paragrafu (c) ta' l-artikolu 227 tal-Kodici Kriminali, u huma kliem li jinsabu fil-proviso ta' dak il-paragrafu u japplikaw biss ghal dak il-paragrafu. Fil-kazijiet prospettati mid-difiza taht l-artikoli 230(a) - b'referenza ghall-artikolu 227(a) - u 230(c), it-test huwa wiehed oggettiv (kif qal l-Imhallef li ppresjeda l-guri), izda dan fis-sens li dak li jrid jigi determinat huwa: (1) jekk l-akkuzat ikunx ghamel offiza volontarja fuq il-vittma u (2) jekk tali offiza saritx bhala reazzjoni (jigifieri hemmx verament in-ness immedjat ta' kawza u effett) ghall-aggressjoni fuqu mill-vittma. Jekk l-offiza saret bhalareazzjoni ghall-aggressjoni kif inghad, irid jigi determinat: (3) jekk saritx offiza gravi fuq il-persuna ta' l-akkuzat jew delitt iehor kontra l-persuna suggett ghall-piena ta' aktar minn sena prigunerija (art. 230(a)) - jew (4) jekk sarx delitt, ta' kull xorta li jkun, kontra l-persuna ta' l-akkuzat (230(c)). Dawn il-provokazzjonijiet, pero`, jiswew lill-akkuzat, ossia lill-hati, biss meta jkunu saru "fil-waqt ta' l-azzjoni li taghha jingiebu bhala skuza" (art. 235), u cioe` li l-akkuzat ikunirreagixxa ghal aggressjoni li qed issirlu dak il-hin stess, irreagixxa ghal att estern specifiku.

Kwantu ghall-applikazzjoni ta' l-artikolu 229 tal-Kodici Kriminali, l-appellant huwa korrettmeta jghid li dan strettament mhux applikabbli ghall-kazijiet indikati fl-artikolu 230(a) u (c). L-artikolu 229 difatti jirreferi biss ghal sitwazzjonijiet fejn l-iskuza tal-passjoni istantanja jew agitazzjoni tal-mohh imsemmija fl-artikolu 227(c) mhix ammissibbli. U mit-traskrizzjoni ta' l-indirizzjidher evidenti li l-ewwel Qorti abbinat dan l-artikolu ma' l-iskuzanti taht l-artikolu 230(a) u (c); ghandu jizdied jinghad, pero`, li kemm fid-duttrina kif ukoll fil-gurisprudenza d-difiza, ossia skuzanti, tal-provokazzjoni (sija taht il-paragrafu (a) ta' l-artikolu 227 kif ukoll taht il-paragrafu (c) ta' l-artikolu 230) giet ritenuta mhux ammissibbli meta min jinvokaha ikun hu stess li pprovoka jew ta lok ghall-agir imsemmi fil-paragrafi (a) u (c) surriferiti. Hekk ukoll mhux ammissibbli l-iskuzanti tal-provokazzjoni meta l-akkuzat ikun gja` ghamel il-hsieb li joqtol jew li jaghmel offizavolontarja fuq il-persuna qabel ma ssehh l-aggressjoni tal-vittma, ghax f'dan il-kaz ma jkunx jista'jinghad li l-akkuzat ikun verament "irreagixxa" ghall-agir tal-persuna l-ohra.

Minkejja xi nuqqasijiet fl-indirizz il-Qorti trid tiddetermina jekk minkejja dawn in-nuqqasijiet jistax jinghad "illi ma saret ebda amministrazzjoni hazina tal-gustizzja" (artikolu 501(1)(b) proviso tal-Kodici Kriminali), u dan jinnecessita ezami approfondit tal-provi.




Operational Programme 1
CONvErGE connected eGovernment


We use cookies to ensure that we give you the best experience on our website. If you continue without changing your settings, we'll assume that you are happy to receive all cookies. More Info