Referenza: 22/2000/2

Dettalji tas-Sentenza


Data
09/11/2005
Qorti
OF APPEAL (CIVIL, INFERIOR)
Ġudikatura
SCIBERRAS PHILIP
Partijiet
CACHIA CARMELA vs MIFSUD BONNICI MARIO
ECLI
N/A
Judgement Type
FINAL JUDGEMENT

Kliem Ewlieni / Fil-Qosor


Kliem Ewlieni
LOKAZZJONI, BDIL TA` DESTINAZZJONI - LOKAZZJONI, BDIL TA` DESTINAZZJONI - AKKWIEXXENZA TAS-SID
Fil-Qosor
Tezisti gurisprudenza kospikwa, kultant diskordanti, fuq il-punt koncernanti l-entita` tat-tibdil.Hekk ad ezempju nsibu decizjonijiet illi anke jekk il-kerrej, fil-post mikri ghall-abitazzjoni, jezercita` mestjier, ukoll jekk mhux ta' entita kbira, dan jaghmel kambjament fid-destinazzjoni tal-fond. Dan specjalment meta tali vjolazzjoni tad-destinazzjoni ma tkunx xi haga accidentali, ta' darba,jew kazwali, imma kontinwativa u sistematika. Invece, jinghad f' decizjoni ohra illi "biex jinghatamill-Qorti x-xoljiment tal-lokazzjoni jehtieg li t-trasgressjoni da parte tal-kerrej tkun ta' certagravita u anke ta' certa frekwenza". Hekk issokta jigi enuncjat illi "mhux kull uzu tal-fond mikri, xi ftit differenti jew xi ftit aktar estensiv minn dak pattwit, jimporta tibdil fid-destinazzjonili jwassal ghall-penalita` estrema tal-izgumbrament ta' l-inkwilin; meta si tratta ta' kambjament parzjali li jkun komplimentari ghad-destinazzjoni miftehma, u kwazi konsegwenzjali taghha, b' mod li l-mutament ikun accessorju ghall-uzu principali, u b' mod li jibqa' dejjem shih l-uzu stabbilit fil-ftehim, allura ma hemmx abbuz ta' godiment li jimporta kambjament tad-destinazzjoni."

Maggorment huwa dezumibbli minn skorta kbira b' decizjonijiet illi t-tibdil irid ikun rilevanti. Dan fis-sens illi l-gravita tat-tibdil trid tkun apprezzabbli f' rapport ghas-sitwazzjoni kif kienet ezistentifil-mument tal-kontrattazzjoni.

Ix-xjenza u l-pacenzja tal-lokatur ma tfissirx ratifika jewadezjoni. Kif issokta jigi osservat "minn din is-sentenza infatti l-Qorti tirraviza konsiderazzjonijiet li jikkonfortaw it-tezi tar-rikorrenti appellata, ghaliex fil-kaz taht ezami non si tratta ta'kambjament parzjali tad-destinazzjoni, imma addirittura ta' l-iznaturar tal-kirja u ta' l-iskop li ghalih il-fond gie mikri lill-appellant".

Is-semplici tollerenza jew anke ix-xjenza jew inerzja ma jikkostitwux ghalhekk biss akkwiexxenza tat-tibdil tal-fatt tad-destinazzjoni maghmula arbitrarjament mill-appellanti kerrej f' kuntrast mal-patt kontrattwali;




Programm Operattiv 1
CONvErGE connected eGovernment


Dan is-sit jagħmel użu mill-cookies biex jiggarantilek l-aħjar esperjenza. Jekk ma tbiddilx is-settings tiegħek, nifhmu li qed taċċetta l-użu tal-cookies b’mod awtomatiku. Iktar Informazzjoni