Reference: 4/1992/4

Judgement Details


Date
04/11/2005
Court
OF APPEAL (CIVIL, SUPERIOR)
Judiciary
DE GAETANO VINCENT, CAMILLERI JOSEPH D., FILLETTI JOSEPH A.
Parties
CAUCHI FRANCIS ET vs SCIBERRAS JOHN MARY ET NOE
ECLI
N/A
Judgement Type
FINAL JUDGEMENT

Keywords / Summary


Keywords
SERVITU`, DISTANZA LEGALI - ELEMENT TA` KONTIGWITA` GHAL DAK LI JIRRIGWARDA THAFFIR HDEJN IL-HAJT DIVIZORJU
Summary
L-Artikolu 435 tal-Kodici Civili jistipula d-distanza minima li ghandha tinzamm mill-hajt divizorjumeta jsir thaffir ecc.

Il-kontigwita' hija rekwizit necessarju ghall-esercizzju ta' l-azzjonitaht l-Artikolu 435.

Li l-kontigwita` hija necessarja tirrizulta mill-kliem tal-ligi fl-Artikolu 434 u 435 u mill-istil tal-ligi. Il-legislatur fl-Artikolu 434 jitkellem fuq persuna li ghandha d-dritt li tibni fuq il-hajt tal-konfini taghha u li l-gar ghandu dritt jaghmel il-hajt komuni - dan jindika kjarament, kif wara kollox jghidu l-awturi li l-proprjetajiet iridu jkunu jmissu ma' xulxin. Ma' dan jaqblu anke l-atturi. L-Artikolu 435 ikompli fuq l-artikolu ta' qablu u decizament huwa konness mieghu. Jipprospetta sitwazzjoni fejn il-proprjetarju ma jibnix fuq il-linja tal-konfiniu, sabiex jevita sqaqien u proprjetajiet mudlama, il-legislatur jimponi dawn l-obbligi fuq il-gar, ossija il-proprjetarju tal-proprjeta` li tmiss mal-linja tal-konfini. Li kieku dan ma kienx hekk, cioe` li kieku l-proprjetajiet ma kienux kontigwi, kif jista' l-gar jersaq u jappoggja mal-hajt mibnimill-proprjetarju li bena l-ewwel u li jkun halla anqas minn metru u nofs?




Operational Programme 1
CONvErGE connected eGovernment


We use cookies to ensure that we give you the best experience on our website. If you continue without changing your settings, we'll assume that you are happy to receive all cookies. More Info