Reference: 491/1997/1

Judgement Details


Date
27/10/2005
Court
CIVIL COURT, FIRST HALL
Judiciary
MICALLEF JOSEPH R.
Parties
MICALLEF HELEN vs DEBATTISTA GODFREY ET
ECLI
N/A
Judgement Type
FINAL JUDGEMENT

Keywords / Summary


Keywords
BEJGH, ELEMENTI TA` L-ACTIO REDHIBITORIA - BEJGH, HTIEGA TA` DEPOZITU FL-ACTIO REDHIBITORIA - BEJGH, TALE QUALE
Summary
Fil-prezent, bejgh ta' vettura mhux mehtieg li jsir permezz ta' skrittura ad validitatem.

L-elementi tal-azzjoni redhibitorja maghzula mill-attrici jikkonsistu (a) f'bejgh format ta' haga milquta b'difett li jkun (b) gravi u serju, li (c) jkun mistur, u (d) li jkun diga' jezisti fil-waqt tal-bejgh. Biex jista' jinghad li d-difett ikun serju, irid jew ikun tali li, minhabba fih, il-haga mixtrija ma tibqax aktar tajba ghall-ghan li ghalih inxtrat (dan jissejjah difett gravi oggettiv), jewinkella d-difett ikun tali li, kieku x-xerrej kien jaf bih, ma kienx ihallas ghall-haga daqskemm fil-fatt ikun hallas biex kisibha (dan jissejjah difett gravi suggettiv). X'aktarx li ghall-finijiettal-azzjoni redibitorja, d-difett irid ikun oggettivament serju. Difett ikun mohbi meta xerrej ta'dehen ordinarju li jaghmel ezami ghaqli tal-haga mixtrija bil-hsieb ta' missier tajjeb tal-familja,ma jkunx jew ma kienx f'qaghda li jista' jintebah bih fil-waqt tax-xiri. Izda jekk difett ikun wiehed li jista' jidher jekk isir ezami xieraq, ma jibqax aktar difett mistur, ukoll jekk, mad-daqqa t'ghajn, ma jkunx jidher. B'mod partikolari, xerrej ma jistax jilghabha tal-injorant fit-teknika jew fil-kumplessita' tal-haga mixtrija biex jehles mill-obbligu li jifli b'ghaqal il-haga minnu miksuba.Kemm hu hekk, jekk xerrej m'ghandux il-hila li jifli sewwa l-haga mixtrija, ghandu jdur ghall-ghajnuna ta' persuna midhla jew imharrga f'dak l-oggett;

Illi jaqa' fuq il-parti attrici li tipprova li l-haga mibjugha kienet milquta minn difett mohbi fil-waqt tal-ftehim, u daqstant iehor trid turi li d-difett kien tassew wiehed mohbi. Il-fatt li l-bejjiegh ma jkunx huwa wkoll jaf li l-haga hija milquta b'difett li ma jidhirx ma jnaqqas xejn mill-obbligu tieghu li jiggarantixxi l-haga mibjugha. Izda jekk jintwera li huwa kien jaf bih u ma tkellimx, ikun irid jaghmel tajjeb ukoll ghad-dannili jkun garrab ix-xerrej minhabba f'dak is-skiet tal-bejjiegh. Il-bejjiegh ibati t-telf tal-haga jekk din tinqered minhabba d-difett, sakemm il-qerda ma ssehhx b'accident jew minhabba l-fatt tax-xerrej, f'liema kazi t-telf ibatih l-istess xerrej;

Illi jitqies bhala "difett" kull abnormalita', imperfezzjoni, ksur jew avarija li tnaqqas mill-haga mibjugha l-uzu shih li kienet mahsuba li twettaq. Min-naha l-ohra, huwa redibitorju dak id-difett li jolqot b'mod rilevanti jew il-mod kif il-haga mixtrija tahdem jew taqdi, jew il-prezz taghha

Illi huwa stabilit li l-pretensjonijiet redibitorji jridu jitqanqlu b'azzjoni apposta fiz-zmien moghti mil-ligi u ma jistghux jitqajmu bhala eccezzjoni ghal azzjoni mill-bejjiegh ghall-hlas tal-prezz. Minbarra dan, meta x-xerrej jaghzel bejnl-azzjoni redibitorja u dik estimatorja, ma jistax iressaqhom flimkien, jew, wara li jkun ghazel wahda, idur ghall-ohra;

Kif inghad mill-Qrati taghna, il-frazi "tale quale" ma tiswiex daqs ftehim espress li l-bejjiegh m'ghandux ikun obbligat ghall-ebda garanzija.

Fejn ix-xerrej ikun jaf li l-oggett mixtri kien diga' wzat, huwa aktar mistenni li jinqalghu difetti milli kieku l-haga kienet qeghda tinxtara gdida fjamanta, l-aktar jekk l-istess difetti jkunu rizultat tal-uzu tal-haga;

Hawnhekk izda l-attrici baqghet issuq il-vettura mertu ta' l-azzjoni taghha meta beda johrog id-difett u minhabba f'hekk zviluppat hsara estensiva.

Illi r-radd lura lill-bejjiegh tal-haga mixtrija misjuba difettuza huwa rekwizit krucjali ghas-success tal-azzjoni redibitorja, u huwal-element li jaghraf dik l-azzjoni mill-azzjoni estimatorja (vel quanti minoris), fejn ix-xerrej ikun qieghed jippretendi biss it-tnaqqis fil-prezz u mhux it-thassir tal-kuntratt. Dwar dan, inghad mill-Qrati taghna li "Fondamentali ... hu l-principju li l-actio redhibitoria kienet timponi fuq il-kompratur 'li jaghti lura l-haga' u cjoe' r-restituzzjoni ta' l-oggett mixtri mill-venditur u kontestwalment li 'jitlob ir-radd tal-prezz'. Il-ligi ma tippermetti allura l-ebda alternattiva ohra lill-kumpratur li jaghzel li jagixxi bl-azzjoni redibitorja. Fil-verita' allura l-kompratur ma kelluxid-dritt li jibqa' jzomm l-oggett f'idejh u li jirrilaxxjah biss lill-venditur meta dan iroddlu l-prezz tieghu. Hu kellu l-obbligu li minnufih appena jirrifjuta l-oggett mibjugh ghaliex ikun irriskontra d-difett latenti jaghti lura l-haga lill-venditur";

Illi l-harsien ta' dan l-obbligu tax-xerrej (ladarba jkun ghazel li ma jridx l-oggett) jaf il-htiega tieghu ghall-fatt li l-effett tal-azzjoni redibitorja huwa wiehed li jhassar in-negozju u li jerga' jqieghed lill-partijiet fl-istess qaghda li kienu qabel intlahaq il-ftehim. Dan jinghad ghaliex l-oggett ikun irid jintradd lura fl-istess kundizzjoni u stat (ukoll jekk diga' milqut b'difett jew nuqqas) li kien meta ntlahaq il-ftehim. Ghalhekk, jekk kemm-il darba l-haga ddum f'idejn ix-xerrej u tilhaq titgharraq, ma jkunx jista' jintlahaq l-ghan tar-rexissjoni. Dan jinghad b'qawwa akbar jekk it-tgharriq isehh bil-fatt tal-imgiba tax-xerrej;




Operational Programme 1
CONvErGE connected eGovernment


We use cookies to ensure that we give you the best experience on our website. If you continue without changing your settings, we'll assume that you are happy to receive all cookies. More Info