Reference: 549/1997/2

Judgement Details


Date
19/10/2005
Court
OF APPEAL (CIVIL, INFERIOR)
Judiciary
SCIBERRAS PHILIP
Parties
BORG IVAN PRO ET NOE vs AQUILINA GEORGE ET
ECLI
N/A
Judgement Type
FINAL JUDGEMENT

Keywords / Summary


Keywords
APPALT, KONSENJA TAX-XOGHOLIJIET - APPALT, XOGHOLIJIET MHUX KOMPLETATI
Summary
In tema ta' kuntratti d' opera jew ta' appalt, it-tehid in konsenja da parti tal-kommittent mhux dejjem, u bilfors, jekwivali ipso facto ghall-accettazzjoni bla rizerva ta' l-opra jew tax-xoghlijiet appaltati u, allura wkoll, ghal xi konsegwenti rinunzja ghall-azzjoni jew difiza fil-kaz li jigu riskontrati difetti taht il-profil tekniku u fattwali. B' mod partikulari, ma jitqiesx sufficjenti li jigi ritenut illi bl-accettazzjoni l-kommittent implicitament irrinunzja ghall-garanzija kontra l-vizzji u difformita` palesi fl-opra jew ix-xoghlijiet konsenjati. Jibqa' dejjem attiv il-principju illi "l-artefici ghandu jiggarantixxi l-bonta tax-xoghol tieghu, u din il-garanzija hi mplicita`". Majistax allura in linea ta' massima japprofitta ruhu mill-fatt ta' l-accettazzjoni jekk jinstab li hujkun itrasgredixxa d-dettami ta' l-arti tieghu. Dan ghaliex hu kien mill-bidunett obbligat jezegwixxi l-opra miftehma skond is-sengha. Ghalhekk il-kommittent, konvenut fil-gudizzju mill-appaltaturghall-hlas tal-korrispettiv jista' dejjem igib 'il quddiem difiza inerenti ghall-garanzija kontra l-vizzji fix-xoghlijiet. Biex jista' jinghad li l-kommittent ikun irremedjabilment tilef, jew tacitament irrinunzja, ghal tali dritt irid ikun ghadda tul ta' zmien apprezzabbli bejn il-konsenja u d-denunzja tad-difetti, li ma huwiex il-kaz hawn hekk.

Jekk ix-xoghol li jifforma l-oggett ta' l-appalt ma jkunx kollu lest, jew ma jkunx kollu esegwit skond is-sengha, l-appaltatur mhux intitolat jippretendi l-hlas tal-prezz stipulat in konsiderazzjoni ta' dak ix-xoghol, ghax meta x-xoghol li ghalih gie pattwit prezz determinat ma jkunx kollu lest (jew rez skond l-arti u s-sengha) l-appaltaturma jistax jitlob il-hlas, la kollu u lanqas parti minnu.




Operational Programme 1
CONvErGE connected eGovernment


We use cookies to ensure that we give you the best experience on our website. If you continue without changing your settings, we'll assume that you are happy to receive all cookies. More Info