Reference: 655/2004

Judgement Details


Date
20/10/2005
Court
CIVIL COURT, FIRST HALL
Judiciary
MALLIA TONIO
Parties
FALZON SANTUCCI ALBERT vs STIVALA CAROLA NOE
ECLI
N/A
Judgement Type
FINAL JUDGEMENT

Keywords / Summary


Keywords
AZZJONI TA` JATTANZA, PERSUNA ASSENTI
Summary
L-artikolu 415 tal-Kap. 12 tal-Ligijiet ta' Malta jipprovdi hekk:

"415. L-azzjoni ta' jattanza ma tistax issir kontra persuni assenti u din lanqas ma tista' ssir jew titkompla kontra minuri jew persuna ohra inkapaci li joqoghdu f'kawza.

Izda d-disposizzjonijiet ta' dan l-artikolu ma ghandhomx japplikaw ghar-rigward ta' kull mim matul it-tliet xhur li jigu minnufih qabel ma tkun saret l-azzjoni ta' jattanza, ikun jew personalment jew permezz ta' mandatarju pprezenta att gudizzjarjufejn ivvanta l-pretensjoni tieghu".

Il-proviso ghal dan l-artikolu kien gie introdott fil-ligi wara s-sentenza moghtija fit-2 ta' Marzu, 1992, mill-Onorabbli Qorti tal-Appell fil-kawza "Il-Prim Ministru vs Peralta noe", li kienet qalet li ma tistax tinfetah kawza ta' jattanza kontra persunaassenti minn Malta; il-fatt li dik il-persuna kellha mandatarju jew rappresentant hawn Malta, ma jaghmilx lil dik il-persuna "presenti" f'Malta.

Bis-sahha tal-proviso, il-posizzjoni tbiddlet.Jekk persuna assenti tressaq pretensjoni tramite mandatarju, min ikun intimat f'dik il-pretensjoni vantata, jista' jgib 'l quddiem kawza ta' jattanza, basta li l-millantazzjoni tkun saret matul it-tlett xhur li jigu minnufih qabel ma tkun saret l-azzjoni ta' jattanza.

Il-kelma "assenti" m'ghandhiex tinghata it-tifsira moghti lill-istitut ta' assenti kontemplat fl-artikolu 193 et seq tal-Kap. 16 tal-Ligijiet ta' Malta. Dak l-istitut jirregola cirkustanzi partikolari, u jipprovdi ghal-hatra ta' kuraturi ta' persuni li taghhom ma jkunx hemm ahbar fuq istanza tal-eredi prezuntivi tal-assenti. Fil-kaz ta' jattanza, il-ligi mhux qed tittratta l-istess persuni, izda qed tirreferi ghal-milantazzjoni min persuna mhux residenti Malta.

Il-procedura ta' jattanza kontra persuni mhux residenti hawn Malta mhux eskluz li ssir, izda tali procedura trid tinbeda fi zmien tlett xhur mid-datatal-milantazzjoni. Il-fatt li persuna hija cittadin tal-Unjoni Ewropea, ma jaghmilhiex "presenti"f'Malta ghal-fini tal-artikolu in kwistjoni, u jekk mhux presenti f'dawn il-gzejjer xorta tibqa "assenti" ghal-iskop tal-applikazzjoni tal-artikolu 415 tal-Kap. 12. Il-fatt li persuna, cittadin tal-Unjoni Ewropea, tista' tiftah kawza hawn Malta u tista tinfetah kawza kontra taghha, bin-notifika issir anke fir-residenza taghha, li tista tkun barra minn Malta, ma jfissirx li dik il-persuna mhix wahda "assenti", u li, kwindi, ma japplikawx fil-konfront taghha il-provedimenti tal-artikolu 415.

Mhux eskluz fl-Unjoni Ewropea, li pajjiz membru jipprovdi b'mod differenti ghar-residenti u ghall-assenti, dment li tali differenzi ma jkunux iwasslu ghal-piz eccessiv fuq l-assenti li jezercita d-drittijiet tieghu f'kull stat membru. F'dan il-kaz, anzi, il-ligi taghti certi vantaggi lill-min mhux residenti f'Malta, minghajr pero', ma ittellef lil min ikun milantat li debitament iressaq l-ilmenti tieghu quddiem il-Qrati. Ir-regoli generali tal-Unjoni Ewropea jipprojbixxi diskriminazzjoni fuq bazi ta' nazzjonalita', jew fuq bazi ta' "sex, racial or ethnic origin, religion or belief, disability, age or sexual orientatation" (artikolu 13 tat-Trattat ta' Amsterdam), izda ma jipprojbixxux apriori regoli differenti a bazi ta' residenza.




Operational Programme 1
CONvErGE connected eGovernment


We use cookies to ensure that we give you the best experience on our website. If you continue without changing your settings, we'll assume that you are happy to receive all cookies. More Info