Referenza: 663/2001/1

Dettalji tas-Sentenza


Data
10/10/2005
Qorti
OF APPEAL (CIVIL, INFERIOR)
Ġudikatura
SCIBERRAS PHILIP
Partijiet
AX CONSTRUCTION LIMITED vs MALLIA BONELLO TONY
ECLI
N/A
Judgement Type
FINAL JUDGEMENT

Kliem Ewlieni / Fil-Qosor


Kliem Ewlieni
ECCEZZJONIJIET, ELEMENTI TAL-ECCEZZJONI INADEMPLENTI NON EST ADEMPLENTUM - KUNTRATT, INADEMPJENZA KONTRATTWALI - KUNTRATT, INADEMPJENZA KONTRATTWALI TAZ-ZEWG PARTIJIET - KUNTRATT, INADEMPLENTI NON EST ADEMPLENTUM
Fil-Qosor
Il-principju 'inademplenti non est ademplendum' huwa bazat fuq ir-raguni guridika illi jekk wiehed huwa inadempjenti u jivvjola l-obbligi tieghu di fronte ghall-kontraent l-iehor, ikun immorali li huwa jitlob l-applikazzjoni tas-sanzjonijiet kontra dak li ghamel dik il-vjolazzjoni, meta huwa stess isib ruhu fl-istess kondizzjoni, ghaliex da parti tieghu hemm vjolazzjoni ohra tal-kuntratt. Barra minn dan hemm il-kompensazzjoni ta' vjolazzjoni ma' ohra.

F'kuntratti bilaterali fejn kull wahda mill-partijiet tiggustifika l-inadempjenza taghha bl-inadempjenza tal-parti l-ohra, il-gudikant irid jaghmel valutazzjoni komparattiva tal-komportamenti taghhom, billi jqis kemm l-element kronologiku u wkoll l-elementi ta' proporzjonalita` u korrispettivita` ezistenti bejn il-prestazzjonijiet inadempjuti, sabiex jistabilixxi jekk l-inadempiment jew il-prospettiva ta' inadempiment ta' parti tkunx tiggustifika in-nuqqas tal-kontro parti li twettaq il-prestazzjoni taghha. Il-gudikant ma jridx iqis biss l-obbligazzjonijiet principali dedotti fil-kuntratt izda wkoll dawk sekondarji li l-partijiet ikunu tawhom karattru essenzjali fuq il-pjan sinallagmatiku.




Programm Operattiv 1
CONvErGE connected eGovernment


Dan is-sit jagħmel użu mill-cookies biex jiggarantilek l-aħjar esperjenza. Jekk ma tbiddilx is-settings tiegħek, nifhmu li qed taċċetta l-użu tal-cookies b’mod awtomatiku. Iktar Informazzjoni