Reference: 245/2004/2

Judgement Details


Date
10/10/2005
Court
OF APPEAL (CIVIL, INFERIOR)
Judiciary
SCIBERRAS PHILIP
Parties
XUEREB FRANCIS PRO ET NOE vs KONTROLLUR TAD-DWANA
ECLI
N/A
Judgement Type
FINAL JUDGEMENT

Keywords / Summary


Keywords
SOPRASESSJONI, NATURA TAL-PROVVEDIMENT - SOPRASESSJONI, PROCEDURI KRIMINALI U CIVILI
Summary
In linea generali, huwa pacifiku illi l-provvediment tas-soprassessjoni huwa ndikat ghal dawk il-kazijiet meta jkun hemm lok ghas-soluzzjoni ta' xi punt li minnu tiddependi necessarjament il-kontinwazzjoni tal-kawza li tigi soprasseduta sa din is-soluzzjoni. Tali provvediment ordinatorju huwa rimess ghad-diskrezzjoni tal-gudikant skond ic-cirkostanzi specjali tal-kaz.

Dan premess, m' ghandux jintnesa lanqas il-principju sancit fl-Artikolu 6 tal-Kodici Kriminali illi l-gudizzju civili huwa indipendenti minn dak kriminali. Dan ifisser illi jekk in linea ta' massima mill-indipendenza ta'l-ezercizzju taz-zewg azzjonijiet tidderiva l-konsegwenza illi l-provi ta' l-azzjoni civili ghandhom isiru ex integro quddiem il-Qorti Civili kompetenti, u dawk ta' l-azzjoni kriminali, ukoll ex integro quddiem il-Qorti Kriminali, b' danakollu xejn ma josta illi jsir konfront bejn dawk il-provi ghall-fini ta' l-attendibilita` taghhom u ta' l-ahjar amministrazzjoni tal-gustizzja. Hekk, per ezempju, fejn il-konvenut ikun issokkomba fil-gudizzju kriminali ghax kien ammetta l-imputazzjoni, dik l-ammissjoni tista', f' kawza civili ghad-danni, tikkostitwixxi konfessjoni. Mhux prekluz ghalhekk illi f' gudizzju civili tigi esebita sentenza moghtija in sede kriminali.




Operational Programme 1
CONvErGE connected eGovernment


We use cookies to ensure that we give you the best experience on our website. If you continue without changing your settings, we'll assume that you are happy to receive all cookies. More Info