Reference: 1604/2003/1

Judgement Details


Date
10/10/2005
Court
OF APPEAL (CIVIL, INFERIOR)
Judiciary
SCIBERRAS PHILIP
Parties
MAKAW LIMITED vs SEA MALTA COMPANY LIMITED
ECLI
N/A
Judgement Type
FINAL JUDGEMENT

Keywords / Summary


Keywords
POLZA TA` KARIKU, FRAZI IN APPARENT GOOD ORDER AND CONDITION - VETTURAL, RESPONSABILITA` GHAL NUQQAS TA` ISPEZZJONI TAL-MERKANZIJA - VETTURAL, RESPONSABILITA` GHAL STIVAR HAZIN
Summary
Il-kliem fil-polza 'shipped in apparent good order and condition' ossija l-hrug ta' "clean bill of lading" jistabilixxi prima facie l-prova li l-merkanzija imsemmija fil-polza giet karigata f' kondizzjoni tajba u timponi l-obbligu li l-merkanzija tigi skarikata fl-istess kondizzjoni tajba.

Biex jiskansa ruhu l-vettural jehtieglu jipprova li l-kondizzjoni dannuza fil-merce kienet l-effett ta' vizzju proprju jew ta' forza magguri jew ghal xi wahda mir-ragunijiet ta' ezenzjoni prevvisti fl-Artikolu 4 tal-Hague Rules jew bis-sahha ta' xi ezenzjoni kontrattwali permissibbli minn dawn l-istess Regoli. Proprju wahda mir-ragunijiet elenkati fil-precitat Artikolu 4 (2) hi dik ta' "insufficiency of packing" [subpara. (n)] li fuqha tistrieh is-socjeta` appellanti;

Dejjem tajjeb pero` li anke hawn jigi rilevat illi l-vettural jista' ma jithalliex jibbenefika minn din l-eccezzjoni metal-polza illi l-oggetti jkunu gew karikati "in apparent good order and conditon".

Il-kaptan huwa responsabbli meta l-merkanzija tkun giet danneggjata minhabba stivar hazin u minhabba nuqqas ta'ispezzjoni tal-merkanzija.

Hekk ukoll issokta jinghad illi "l-kaptan hu obbligat jaghmel fl-interess tal-kariku dak li l-prudenza tesigi minghandu taht ic-cirkostanzi li jkun fihom ghas-sikurezza tal-kariku". Fi kliem iehor, "il-kaptan hu mistenni li jkollu l-kapacita` mehtiega u s-sengha uli juza hiltu u d-diligenza kollha li jkun hemm bzonn".




Operational Programme 1
CONvErGE connected eGovernment


We use cookies to ensure that we give you the best experience on our website. If you continue without changing your settings, we'll assume that you are happy to receive all cookies. More Info