Reference: 1988/1997/1

Judgement Details


Date
12/10/2005
Court
CIVIL COURT, FIRST HALL
Judiciary
SCIBERRAS PHILIP
Parties
GALEA MARIA vs BORG GRACE
ECLI
N/A
Judgement Type
FINAL JUDGEMENT

Appealed Details


Appealed
Yes

Keywords / Summary


Keywords
INDEBITI SOLUTIO, ELEMENTI TA` - INDEBITI SOLUTIO, META HIJA DOVUTA RIFUZJONI - INDEBITI SOLUTIO, ZBALL
Summary
L-Artikoli 1021, 1022 u 1147 tal-Kodici Civili jiddisponu s-segwenti:

Artikolu 1021 - "Kull minn jircievi, sew xjentement jew bi zball, haga li hu ma kellux jiehu la taht obbligazzjoni civili lanqas naturali, ghandu jroddha lil dak li min ghandu jkun irciviha bla jedd";

Artikolu 1022 (1) - "Kull min, billi jahseb bi zball li hu debitur, ihallas dejn, ghandu jedd jitlob il-hlas lura minghand il-kreditur";

Artikolu 1147 (1) - "Kull hlas jissoponi dejn, u dak li jithallas bla ma jkollu jinghata, jista' jintalab lura";

Subinciz (2) - "Izda, ma hemmx jedd ta' azzjoni ghall-hlas lura jekk dak li thallas kellu jinghata bis-sahha ta' obbligazzjoni naturali";

Huwa evidentament distingwibbli minn dawn id-disposizzjonijiet illi ghalkemm fiz-zewg speci d-dritt ta' ripetizzjoni ghandu l-istess fondament, il-fattispeci tal-wahda hu divers minn ta' l-ohra;

Markatament, din id-diversita` tikkonsisti fil-fatt li mentri fil-kaz ta' l-indebitu ex persona il-pagament irid ikun sar bi zball, fil-kaz ta' l-indebitu ex re id-debitu li bil-hlas gie estint ma jezistix affattu. Dan jew ghaliex qatt ma ezistiet l-kawza originarja tar-rapport ("condictio indebiti sine causa") jew ghaliex din il-causa giet nieqsa successivament in kwantu annullata jew ghax tkun sehhet il-kondizzjoni sospensiva li tahta kienet sottoposta ("condictio indebiti ab causam finitum"). F' din l-ahhar ipotesi ta' indebitu oggettiv huwa ghalhekk irrilevanti l-izball, o meno, fis-solvens.Dan anke ghaliex l-istess ligi ma tipprovdix dwaru fl-Artikolu 1147;

Rigwardata l-materja mill-punto di vista ta' l-Artikolu 1022, biex ikun hemm lok ghar-ripetizzjoni ta' indebitu jinhtieg li jissussistu dawn l-elementi kostituttivi, u cjoe:

(a) li jkun sar pagament;
(b) li danil-pagament ma kienx dovut;
(c) li l-pagament ikun sar bi zball.

Jispetta lil min jipproponi l-azzjoni li jipprova l-hlas, l-inezistenza tal-causa solvendi u l-izball;

Riferibilmentghat-tieni element li bhall-ewwel wiehed jghodd ukoll ghal kaz ta' indebitu ex re (Artikolu 1147) jinsab spjegat illi "jista' jkun hemm pagament mhux dovut f' diversi ipotesijiet, u wahda minn dawk l-ipotesijiet hu meta l-pagament ikun jidderiva minn titolu annullabbli, rexxindibbli, rizolubbli u revokabbli, u jkollu kontra tieghu eccezzjoni perentorja tajba biex tiddistruggih, mhux biss civilment, imma anke naturalment";

Ghal dak li jikkoncerna l-element ta' l-izball il-gurisprudenza taghna, filwaqt li tosserva d-distinzjoni illi fil-kaz ta' l-accipiens il-hlas irid ikun ricevut minnu"sew xjentement jew bi zball" (Artikolu 1021), fil-kaz tas-solvens li jkun hallas jibbasta l-izball.

Hemm gurisprudenza li ssostni li l-izball "irid ikun zball ta' fatt, u mhux ta' dritt jewinjoranza tal-ligi", mentri invece, hemm gurisprudenza ohra li tqis kull zball, "minghajr distinzjoni bejn zball ta' fatt u zball ta' dritt, sakemm l-izball ta' dritt ikun il-kawza unika jew principali tal-pagament u l-haga ma tkunx dovuta lanqas ghall-obbligazzjoni naturali";

Huwa pacifiku,pero`, illi "jekk ma ssirx il-prova ta' dak l-izball fis-solvens, u b' mod specjali jekk isir il-prova li dak is-solvens kien jaf bic-cirkustanzi li mhabba fihom ma kienx tenut ghall-hlas, allura maghandux dritt ghar-ripetizzjoni ta' dak li hallas."




Operational Programme 1
CONvErGE connected eGovernment


We use cookies to ensure that we give you the best experience on our website. If you continue without changing your settings, we'll assume that you are happy to receive all cookies. More Info