Reference: 158/2005

Judgement Details


Date
10/10/2005
Court
CIVIL COURT, FIRST HALL
Judiciary
AZZOPARDI JOSEPH
Parties
MALTA SHIPYARDS LTD C32345 vs GENERAL WORKERS UNION
ECLI
N/A
Judgement Type
PARTIAL SENTENCE

Appealed Details


Appealed
Yes

Keywords / Summary


Keywords
IMPJIEG, FTEHIM KOLLETTIV GHANDU NATURA KONTRATTWALI - IMPJIEG, KSUR TA` FTEHIM KOLLETTIV JISTA` JAGHTI LOK GHAL DANNI
Summary
Hu pacifiku illi ftehim kollettiv ghandu bhala oggett li jistabilixxi l-kundizzjonijiet u l-modalitajiet tax-xoghol tal-impjegati u li inoltre ftehim bhal dan jippresupponi dejjem li almenu meta gie ffirmat, dan ikun maghmul f'isem il-maggoranza (hamisn fil-mija u wiehed) tal-impjegati. Ghalhekk humeqjus bhala kuntratt, u allura ghandu jigi rispettat u osservat fit-termini tieghu kif jesprimu l-volonta' taz-zewg kontraenti.

In kwantu ghall kondizzjonjiet tax-xoghol il-ftehim kollettiv ghandu s-sahha ta' kuntratt u bhala tali ghandu jigi osservat - isegwi allura li jista' jigi legalmentinforzat. Dan ghaliex - b'differenza minn kuntratti ohra - parti minnu u cioe' l-ghaqda tax-xogholtaghti l-kunsens taghha ghan-nom tal-haddiema kollha mpjegati mal-parti l-ohra. Fi kliem iehor ma tkunx qed tobbliga ruhha.

Fl-ordinament guridiku taghna pero' huwa principju sagrosant illi fejn jirrigiwardja obbligazzjonijiet min jobbliga ruhu li jaghmel xi haga huwa passibbli ghad-danni jekk dik il-haga ma jaghmilhiex. Infatti skond l-Artikolu 959 tal-Kodici Civili l-kuntratt huwa msemmibhala wiehed mill-istituti li jnissel l-obbligazzjonijiet. Allura fil-fehma tal-Qorti wiehed irid jara t-terminu tal-ftehim in kwistjoni biex jikkonkludi jekk il-konvenuti obbligawx ruhhom jaghmlu xihaga li s-socjeta' attrici qed tallega li ma ghamlitx.




Operational Programme 1
CONvErGE connected eGovernment


We use cookies to ensure that we give you the best experience on our website. If you continue without changing your settings, we'll assume that you are happy to receive all cookies. More Info