Reference: 227/2000/1

Judgement Details


Date
06/10/2005
Court
CIVIL COURT, FIRST HALL
Judiciary
MICALLEF JOSEPH R.
Parties
PHOENICIAN GLASSBLOWERS LTD vs MALTA EXPORT CREDIT INSURANCE CO LTD
ECLI
N/A
Judgement Type
FINAL JUDGEMENT

Keywords / Summary


Keywords
ASSIKURAZZJONI, KONKLUZJONI TAL-KUNTRATT - ASSIKURAZZJONI, REVIVAL OF POLICY
Summary
Illi principju stabilit fid-Dritt tal-Assikurazzjoni huwa dak li l-polza ta' assikurazzjoni tintemmbl-gheluq taz-zmien miftiehem. Tali zmien jista', madankollu, jiggedded bi qbil bejn l-assikurat ul-assikuratur tieghu;

Illi principju iehor huwa dak li l-hlas tal-premium huwa xiehda li l-polza ta' assikurazzjoni hija fis-sehh u li n-nuqqas ta' hlas ta' premium - meta jkun dovut jew meta jintalab jista' jitqies bhala stat fejn il-polza tkun waqghet u ntemm l-effett taghha. Izda fejn, bejn assikurat u l-assikuratur tieghu titnissel prassi fejn il-hlas tal-premium tat-tigdid isir tard ikun obbligu tal-bona fidi tal-assikuratur li ma jichadx, minghajr avviz preventiv, it-tigdid tal-polza, meta r-riskju li kontrih jaghti assikurazzjoni jkun sehh, meta jkun ippermetta t-tigdid ex tuncf'kazijiet fejn ir-riskju ma kienx sehh. Fil-kaz tal-kuntratt in kwestjoni, il-hlas tal-premium ghat-tigdid tal-polza kien jiddependi fuq avviz bil-miktub f'dan is-sens mill-kumpannija assikuratrici.In-nuqqas wahdu ta' hlas tal-premium ma jissemmiex bhala raguni biex il-polza taqa';

Illi, madankollu, huwa mizmum ukoll li l-fatt wahdu li l-assikuratur ikun accetta l-hlas ta' premium minghand l-assikurat (jew l-assikurat prospettiv) ma jfissirx li b'daqshekk tkun tnisslet rabta taht polza, jekk kemm-il darba jintwera li l-assikurat (jew assikurat prospettiv, taht proposal) ikun heba xifatti materjali jew ikun b'xi mod iehor naqas mill-obbligu tieghu ta' l-oghla bona fide (uberrima fides). Izda, f'cirkostanzi normali, l-fatt li l-assikurat jinghata ricevuta tat-tigdid tal-polza jkunifisser li jista' jserrah mohhu li l-polza tkun tassew iggeddet u li l-assikuratur ma jistax jehlesmir-responsabbilta' taht l-iskuza ta' nuqqas ta' formalita';

Illi wkoll kieku wiehed jitkellem dwar it-temm ta' polza minhabba nuqqas ta' hlas f'waqtu tal-premium tat-tigdid, huwa daqstant iehor maghruf u milqugh fid-Dritt li polza ta' assikurazzjoni li tista' tkun waqghet, terga' titghajjexmill-gdid. Dan huwa maghruf bhala r-"revival of policy".




Operational Programme 1
CONvErGE connected eGovernment


We use cookies to ensure that we give you the best experience on our website. If you continue without changing your settings, we'll assume that you are happy to receive all cookies. More Info