Reference: 1192/2003/1

Judgement Details


Date
22/06/2005
Court
OF APPEAL (CIVIL, INFERIOR)
Judiciary
SCIBERRAS PHILIP
Parties
BRIFFA JOANNA vs GAUCI BERNARD ET
ECLI
N/A
Judgement Type
FINAL JUDGEMENT

Keywords / Summary


Keywords
BEJGH, ON CONSIGNMENT - NOVAZZJONI, ANIMUS NOVANDI IRID JIRRIZULTA B`MOD CAR - NOVAZZJONI, META SSEHH - NOVAZZJONI, VARJAZZJONI TA` OBBLIGAZZJONI
Summary
In-novazzjoni hu ftehim li permezz tieghu l-partijiet jiddeterminaw l-effett estintiv-kostituttiv intervenut fuq ir-rapport li jew ghadu ma giex attwat jew mhux ghal kollox attwat. Certament il-modifika ta' l-oggett tal-kuntratt jintegra n-novazzjoni meta din taghti lok ghall-obbligazzjoni gdida nkompatibbli ma' l-obbligazzjoni originarja. F' kaz bhal dan wiehed ikollu jezamina jekk il-partijietriedux semplicement modifikazzjoni tar-rapport li jibqa' immutat fl-identita` tieghu jew riedux joholqu rapport gdid. Dan anke ghaliex kif jinghad fis-subinciz (1) ta' l-Artikolu 1181, Kodici Civili, "ma hemmx novazzjoni jekk l-obbligazzjoni l-qadima ma tigix maqtula ghalkemm tigi mbiddla";

L-animus novandi, intiz bhala volonta` esternata mill-partijiet, oltre li jrid ikun komuni ghaz-zewg kontraenti u hekk rapprezentanti dik il-volonta` li l-obbligazzjoni precedenti tigi estinta, iridjirrizulta b' mod inekwivoku u konkretament provat mill-fatti konkludenti;

Ghalkemm in-novazzjoni tista' tirrizulta minghajr l-uzu ta' formoli jew kliem specjali, madanakollu n-novazzjoni qattma tista' tigi prezunta u hija mehtiega li tkun espressa u trid tirrizulta kjarament.

Intqalukoll illi "biex ikun hemm novazzjoni hemm bzonn li jkun hemm l-inkompatibilita` ta' l-ezistenza taz-zewg obbligazzjonijiet, u f' kaz ta' dubju, in-novazzjoni ghandha tigi eskluza".

Il-kuntratt ta' spedizzjoni ta' merci on consignment huwa kuntratt mhux ta' bejgh imma pjuttost ta' kummissjoni u ghalhekk il-kreditur ghandu dritt jitlob il-prezz tal-merkanzija biss li tkun inbieghet u r-restituzzjoni tal-merkanzija li ma nbieghetx.




Operational Programme 1
CONvErGE connected eGovernment


We use cookies to ensure that we give you the best experience on our website. If you continue without changing your settings, we'll assume that you are happy to receive all cookies. More Info