Reference: 92/1997/1

Judgement Details


Date
22/06/2005
Court
OF APPEAL (CIVIL, INFERIOR)
Judiciary
SCIBERRAS PHILIP
Parties
MARTINELLI LUCIANO NOE vs PISANI SAVIOUR
ECLI
N/A
Judgement Type
FINAL JUDGEMENT

Keywords / Summary


Keywords
PRESKRIZZJONI, ONERU TAL-PROVA
Summary
Jinsorgi kwezit meta titqajjem eccezzjoni tal-preskrizzjoni jekk kienx dmir ta' l-eccipjenti li jsostni l-preskrizzjoni jew kienx invece jinkombi fuq l-attur nomine li jikkombattiha;

Skond certu orjentament gurisprudenzjali "l-vera posizzjoni, f' kaz ta' eccezzjoni ta' preskrizzjoni li timporta prezunzjoni tal-pagament, hija din: kif tigi opposta l-preskrizzjoni, l-attur jista' jikkumbattiha jew billi jaghti l-gurament lill-konvenut, jew b' xi wiehed mill-mezzi fuq imsemmija jigifieri, l-inammissibilita`, is-sospensjoni jew interruzzjoni tal-preskrizzjoni .".

Invece, skond orjentament iehor "min jaghti l-eccezzjoni tal-preskrizzjoni jehtieglu jipprova l-perkors taz-zmien statutorju skond liema terminu preskrittiv ikun applikabbli. Ikun imbaghad jispetta lill-attur-kreditur li jiddefendi lilu nnifsu billi jaghzel it-triq u l-mezzi li taghtih il-ligi biex jinnewtralizza talieccezzjoni".

Dan l-ahhar insenjament jaghmel aktar sens guridiku. L-Artikolu 2107 (2), Kodici Civili jipprovdi li "l-preskrizzjoni hija wkoll mezz sabiex wiehed jehles minn azzjoni meta l-kreditur ma jkunx ezercita l-jedd tieghu ghal zmien li tghid il-ligi";

Innegabilment, l-accertament tad-dekorrenza taz-zmien tikkostitwixxi indagini ta' fatt u dan jimporta illi inizzjalment jinkombi fuq il-konvenut li jissolleva l-preskrizzjoni, li ghandu, bhala fatt, jissodisfa, bi prova essenzjali, li t-terminu statutorju preskrittiv kien ghadda. Wiehed ma jridx jinsa li l-element kostituttiv ta' l-eccezzjoni tal-preskrizzjoni hi l-manifestazzjoni, f' sens inekwivoku, tal-volonta` tal-parti li ggib 'il quddiem l-estinzjoni bid-dekors taz-zmien tal-kreditu azzjonat fil-konfront tieghu.U allura logikament hu mistenni li l-konvenut jiddeduci, in sostenn tad-difiza tieghu, prova tad-data tad-dekorrenza ghall-iskop tal-komputa tal-perijodu preskrizzjonali;




Operational Programme 1
CONvErGE connected eGovernment


We use cookies to ensure that we give you the best experience on our website. If you continue without changing your settings, we'll assume that you are happy to receive all cookies. More Info