Referenza: 24/2003/1

Dettalji tas-Sentenza


Data
15/06/2005
Qorti
CONSTITUTIONAL
Ġudikatura
CAMILLERI JOSEPH D., FILLETTI JOSEPH A., DEPASQUALE ANTON
Partijiet
ABELA NAZZARENO vs AVUKAT GENERAL ET
ECLI
N/A
Judgement Type
FINAL JUDGEMENT

Kliem Ewlieni / Fil-Qosor


Kliem Ewlieni
DRITTIJIET FONDAMENTALI TAL-BNIEDEM, LIBERTA` PERSONALI - ARREST PREVENTIV
Fil-Qosor
Is-subartikolu (1) ta' l-Artikolu 34 tal-Kostituzzjoni ta' Malta jipprovdi, inter alia, li hadd ma ghandu jigi privat mil-liberta` personali tieghu hlief kif jista' jkun awtorizzat b'ligi fil-kazijietspecifici li l-istess subartikolu jsemmi. Fost- kazijiet ohra, dan is-subartikolu jindika li persuna tista' tigi ipprivata mil-liberta` personali taghha fuq suspett ragjonevoli li hija tkun ikkommettiet jew tkun ser tikkommetti reat kriminali, kif ukoll hija tista' tigi privata mil-liberta` personali taghha fl-ezekuzzjoni ta' sentenza jew ordni ta' Qorti dwar reat kriminali li tieghu dik il-persuna kienet giet misjuba hatja. Huwa ovvju ghalhekk, li kemm l-arrest preventiv, kif ukoll il-pienakarcerarja inflitta mill-Qorti ta' guridizzjoni kriminali ma jistghu qatt jitqiesu, fihom infushom bhala xi perjodi ta' arrest illegali jew abbuziv fil-konfront ta' l-appellanti.

Minjkejja l-introduzzjoni ta' l-emenda fil-Kodici Kriminali li tipprovdi li z-zmien li l-akkuzat ikun ghamel tahtarrest preventiv, qabel ma tinghata s-sentenza finali definittiva, ghandu jghodd bhala parti miz-zmien li ghalih huwa jkun gie kundannat fl-istess sentenza definittiva xorta wahda ma effetwatx sentenzi antecedenti ghall-istess emendi fejn il-Qorti kellha diskrezzjoni tnaqqasx o meno il-perijodu ta'arrest preventiv.




Programm Operattiv 1
CONvErGE connected eGovernment


Dan is-sit jagħmel użu mill-cookies biex jiggarantilek l-aħjar esperjenza. Jekk ma tbiddilx is-settings tiegħek, nifhmu li qed taċċetta l-użu tal-cookies b’mod awtomatiku. Iktar Informazzjoni