Reference: 5/2005

Judgement Details


Date
23/06/2005
Court
CIVIL FIRST HALL (CONSTITUTIONAL JURISDICTION)
Judiciary
MALLIA TONIO
Parties
CAMILLERI EMANUEL ET vs KUMMISSARJU TAL-ARTIJIET ET
ECLI
N/A
Judgement Type
FINAL JUDGEMENT

Appealed Details


Appealed
Yes

Keywords / Summary


Summary
Ir-rikorrenti jirrisjedu fil-fondi 45, 46 u 47, Triq San Gwann, Siggiewi, liema fondi jinfdu ma' xulxin. Originarjament, dawn kienu okkupati minn certu Antonio Pace li kien jokkuphom b'titolu ta' lokazzjoni minghand il-Kurja Arciviskovili ta' Malta. F'xi zmien ir-rikorrenti dahlu jghixu ma' Antonio Pace, skond huma, bil-kunsens tar-rapprezentant tal-Kurja. Il-kera baqghet tigi accettata, u r-rikorrenti baqghu jghixu fil-post anke wara l-mewt ta' Antonio Pace. Eventwalment dawn il-fondi ghaddew f'idejn il-Gvern, bis-sahha ta' ftehim milhuq bejn il-Gvern ta' Malta u l-awtoritajiet Eklesjastici; dan il-ftehim kien gie inkorporat fl-Att Dwar il-Proprjeta' ta' Entijiet Ekklesjastici, numru IVtal-1992 (illum Kapitolu 358 tal-Ligijiet ta' Malta).

Wara li l-proprjeta' ghaddiet f'idejn il-Gvern, il-kera baqghet tithallas lill-Joint Office, li huwa ufficcju kongunt bejn l-awtoritajiet civili u dawk ekklesjastici mahluq bl-iskop li jissorvelja u jamministra l-proprjeta' milquta b'dik il-ligi. Il-Kummissarju tal-Art, il-proprjetarju l-gdid ta' din il-proprjeta', wara li wasal biexjezamina c-cirkustanzi tal-kaz, deherlu li r-rikorrenti ma kienx ghad fadalhom titolu biex jibqghuin okkupazzjoni tal-proprjeta' jew parti minnha, u wara li nvoka l-provvedimenti tal-Kapitolu 228 tal-Ligijiet ta' Malta (L-Att dwar Zgumbrament minn Artijiet) huwa hareg ordni ta' zgumbrament.

Dak l-Att dwar Zgumbrament minn Artijiet, wara li jipprovdi li l-kelma “art” tfisser kull art jew bini proprjeta' ta' jew amministrata mill-Gvern, tghaddi biex taghti s-setgha lill-Kummissarju tal-Artijiet biex jizgombra lil kull min hu jidhirlu li qed jokkupa art tal-Gvern minghajr ebda titolu. L-artikolu 3 ta' dan l-Att jaghti diskrezzjoni wiesgha hafna lill-Kummissarju tal-Artijiet biex, metajhoss il-htiega, jaghti ordni ta' zgumbrament lil kull persuna minn kull art. Jekk l-okkupant ma jharisx din l-ordni, hu jista' jigi mgieghel johrog mill-proprjeta' bl-ghajnuna ta' ufficcjal tal-Pulizija. Din l-ordni tinhareg fuq l-awtorita' tal-Kummissarju tal-Pulizija, u l-ligi ma tipprovdix modta' kif tali ordni tista' tigi attakkata jew challenged quddiem qorti indipendenti u imparzjali.

Ir-rikorrenti jallegaw li dak l-Att imur kontra l-artikolu 6 tal-Konvenzjoni (li jaghti dritt ta' smiegh imparzjali u pubbliku fiz-zmien ragonevoli minn tribunal indipendenti u imparzjali mwaqqafbil-ligi fid-decisjoni tad-drittijiet civili u tal-obbligi ta' kull cittadin), jikser ukoll l-artikolu 14 tal-Konvenzjoni (li jipprovdi li t-tgawdija tad-drittijiet u libertajiet kontemplati fil-Konvenzjoni ghandha tigi assigurata minghajr diskriminazzjoni), jinvjola l-artikolu 8 tal-istess Konvenzjoni (li jghid li kullhadd ghandu d-dritt ghar-rispett tal-hajja privata tieghu u tal-familja tieghu), u jmur kontra l-artikolu 1 tal-Ewwel Protocol tal-Konvenzjoni Ewropea (li tipprovdi li kull persuna ghandha dritt ghat-tgawdija tal-possedimenti taghha).

Fil-kuntest tal-Artikolu 6, ir-rikorrenti jilmentaw li, kif inhi miktuba l-ligi, il-poter gudizzjarju huwa eskluz ghal-kollox, u l-persuna li tkun tirrisjedi f'bini jew art tal-Gvern, anke jekk tallega li jkollha titlu, m'ghandha l-ebdarimedju biex jigi dikjarat li, fil-fatt, ghandha titolu u m'ghandhiex titkecca.

L-importanzata' dan l-artikolu johrog mill-fatt li l-amministrazzjoni tal-gustizzja hija wiehed mit-tlett strutturi tad-demokrazzija, u filwaqt li c-cittadin huwa prekluz milli jiehu l-ligi f'idejh, fl-istess hinghandu jistenna rimedji opportuni u accessibilita' ghall-ilmenti tieghu quddiem il-Qrati tal-pajjiz.

Isegwi, li meta hemm kwistjoni dwar id-drittijiet u obbligi civili tac-cittadin, dawn id-drittijiet u obbligi jridu jigu decisi mhux minn parti wahda fil-kwistjoni, izda min Qorti indipendenti u imparzjali. Applikat dan il-principju ghal dan il-kas, ifisser li jekk il-Kummissarju tal-Art ihoss li hemm persuna bla ebda titolu in okkupazzjoni ta' art jew bini tal-Gvern, jekk din il-pretensjoni tkun kontestata mill-okkupant, id-decisjoni dwar jekk fil-fatt l-okkupazzjoni hijiex bla titolu, trid tittiehed mhux mill-Kummissarju stess, izda minn Qorti imwaqqfa bil-ligi li jkollha l-possibilita' li tisma' l-provi kollha rilevanti, konsistenti mal-principji ta' gustizzja naturali, u wara taghti s-sentenza taghha fuq il-materja. Fil-ligi in kwistjoni, l-okkupant zgumbrat fuq ordni tal-Kummissarju, ma inghata ebda dritt jikkontesta l-allegazzjoni li hu jinsab in okkupazzjoni bla titolu,u, anzi, il-Kummissarju gie moghti l-poter li jaghti dawk id-direttivi kollha mehtiega biex l-ordnitieghu tigi ezegwita bl-anqas dewmien possibbli.

L-intimati jallegaw li kull decisjoni li jiehu l-Kummissarju tista' tigi kontestata quddiem il-Qrati bil-proceduri ta' judicial review of administrative action. Dan, pero', mhux rimedju effettiv, ghax Qorti aditta b'din il-kompetenza ghandhagurisdizzjoni limitata, u m'ghandhiex gurisdizzjoni tiddeciedi hi fuq il-fatti tal-kaz. F'kaz ta' judicial review il-Qorti tista' tara jekk gewx segwiti l-principji ta' gustizzja naturali u jekk l-esercizzju tal-poter moghti sarx fit-termini tal-ligi, ghal-skop ragjonevoli u wara li ttiehed kont tac-cirkustanzi kollha rilevanti tal-materja; il-Qorti, pero', ma tistax tisostitwixxi d-diskrizzjonitaghha ghal dik ezercitata minn min ikollu dak is-setgha.

Din il-Qorti ma taqbilx li r-rimedju ta' judicial review jaghti rimedju adegwat u effettiv ghal min jigi mcahhad mill-pussess ta' arttal-Gvern, u dan peress li f'kaz ta' review, xorta wahda jibqa' l-kaz li d-determinazzjoni tad-drittijiet civili tal-okkupant tkun qed isir minn parti fil-kwistjoni u mhux minn Qorti indipendenti. Bir-review, il-Qorti tara li min ikun ha d-decizjoni jkun segwa certi principji, impenja mohhu ghal-ghan tal-poter moghti lilu u li ha in konsiderazzjoni dak li hu rilevanti u xejjen kull konsiderazzjoni irrilevant; id-decisjoni, pero', xorta jehodha hu. Hawnhekk, mhux kaz ta' decisjoni amministrattiva, izda materja li tolqot direttament id-dritt ta' cittadin li jibqa' in okkupazzjoni ta' art jewbini li ma jkunx okkupa klandestinament jew bi vjolenza. Il-fatt li parti wahda fil-kwistjoni hijal-Gvern ma jbiddilx is-sitwazzjoni ghax kif gie diversi drabi rimarkat minn guristi fil-materja, lafil-Konvenzjoni u lanqas fit-travaux préparatoires taghha ma hemm indikazzjoni li dan id-dritt hu riservat biss ghal-kaz ta' “rights and obligations of a private law character”. Biex tigi determinatail-kwistjoni jekk persuna ghandhiex dritt jew le li tibqa' in okkupazzjoni ta' fond, il-materja trid tigi decisa minn Qorti indipendenti li jkollha s-setghat kollha tinvestiga l-fatti tal-kaz.
L-okkupant ta' art tal-Gvern irid jigi provdut b'access ghall-Qorti fejn il-materja in dispute tkun tista' tigi determinata. Jekk ir-rikorrenti, f'dan il-kaz, ghandhomx jew le titolu fuq il-proprjeta'in kwistjoni, u f'kaz affermattiv, l-estensjoni ta' dak it-titolu, irid jigi determinat biss mill-Qorti b'gurisdizzjoni wiesa' li tiddeciedi kemm fuq il-ligi kif ukoll fuq il-fatti.

Il-Qorti tqies li l-artikolu 3 tal-Kap. 228 tal-Ligijiet ta' Malta, in kwantu ma jipprovdix ghad-determinazzjoni tal-kwistjoni hemm inqanqla minn Qorti indipendenti u imparzjali, jivvjola l-artikolu 6(1) tal-Konvenzjoni Ewropea, u bhala tali ghandu jigi dikjarat null u bla effett. Ladarba l-Qorti waslet ghal-din il-konkluzzjoni, mhux mehtieg li jigi trattatat jekk il-ligi in kwistjoni tivvjolax xi jedd iehor protett mill-istess Konvenzjoni.

Ghaldaqstant, din il-Qorti tiddisponi mill-kawza billi tilqa' t-talba tar-rikorrenti u tiddikjara li l-artikolu 3 tal-Kapitolu 228 tal-Ligijiet ta' Malta, l-Att XIV tal-1972, kif emendat, dwar Zgumbrament mill-Artijiet, jivvjola l-artikolu 6 tal-Konvenzjonighall-Protezzjoni tad-Drittijiet tal-Bniedem u tal-Libertajiet Fondamentali, inkorporat fil-ligi Maltija bl-Att dwar il-Konvenzjoni Ewropea (Kap. 319), u kwindi huwa null u bla effett, u tqies wkollnulla u bla effett l-ordni li hareg il-Kummissarju tal-Art taht l-istess ligi fil-konfront tar-rikorrenti, u qed tigi, ghaldaqstant, kancellata.




Operational Programme 1
CONvErGE connected eGovernment


We use cookies to ensure that we give you the best experience on our website. If you continue without changing your settings, we'll assume that you are happy to receive all cookies. More Info