Reference: 465/1997/1

Judgement Details


Date
16/06/2005
Court
CIVIL COURT, FIRST HALL
Judiciary
MICALLEF JOSEPH R.
Parties
SCHIAVONE YVONNE MARIA vs MID-MED BANK LTD. ET
ECLI
N/A
Judgement Type
FINAL JUDGEMENT

Keywords / Summary


Keywords
ATT TA` AMMINISTRAZZJONI STRAORDINARJA, ANNULLABBLI, PERO` MHUX NULL AB INITIO, JEKK WIEHED MILL-KONJUGI MA JAGHTIX IL-KUNSENS TIEGHU - ATT TA` AMMINISTRAZZJONI STRAORDINARJA, GARANZIJA - KOMUNJONI TAL-AKKWISTI, ATTI NORMALI TA` GESTJONI TA` KUMMERC, NEGOZJU JEW PROFESSJONI
Summary
Bhala principji generali li jirrigwardaw il-mertu tal-kawza, fejn bejn persuni mizzewgin tapplika l-komunjoni tal-akkwisti dwar it-tmexxija tal-gid materjali taghhom, il-ligi trid li t-tnejn li huma jkollhom setghat ta' tmexxija ndaqs u li t-tnejn li huma jridu joqoghdu ghal dak li hemm provdut fil-ligi. Ghalhekk, il-ligi tghid li t-tmexxija ordinarja tal-akkwisti u l-jedd li wiehed iharrek jew jigi mharrek dwar tmexxija bhal dik tmiss lil kull wiehed mill-mizzewgin. Izda, dwar ghemejjel meqjusa bhala dawk ta' tmexxija straordinarja u l-jedd li wiehed iharrek jew li jigi mharrek dwar tali ghemejjel tmiss liz-zewg mizzewgin flimkien. Madankollu, fejn ghemejjel normali ta' tmexxija ta' kummerc, negozju jew professjoni li tkun immexxijja biss minn wiehed mill-mizzewgin, ikunu wkoll ghemejjel ta' tmexxija straordinarja, dawn xorta wahda jistghu jitwettqu minn dak il-mizzewweg wahdu;

L-ghemejjel ta' ghamla straordinarja huma meqjusa bhala dawk biss li l-ligi tghid li ghandhom jitqiesu bhala ghemejjel ta' ghamla straordinarja, u fejn ghamil ma jaqax f'dik il-kategorija ghandujintghadd bhala ghamil ta' tmexxija ordinarja. L-ghamil li bih wiehed jidhol f'kuntratt ghal xi garanzija huwa maghdud bhala ghamil ta' amministrazzjoni straordinarja;

Fejn ghamil ta' tmexxijastraordinarja jsir minn wahda biss mill-mizzewgin u minghajr l-gharfien - imqar tacitu - tal-partimizzewga l-ohra, dak l-ghamil xorta wahda jkun jghodd. Imma jekk l-ghamil bhal dak kien jikkonsistifi trasferiment jew f'holqien ta' jedd rejali jew personali fuq gid immobbli, jew jekk kien jikkonsisti f'holqien b'titolu gratuwitu ta' jeddijiet rejali jew personali fuq hwejjeg mobbli, ghamil bhaldak ikun jista' jithassar fuq talba tal-mizzewweg li minghajr il-kunsens tieghu ikun sar dak l-att.Kull ghamil iehor li jmissu jsir miz-zewg mizzewgin flimkien izda li fil-fatt isir minn mizzewwegwiehed ma jistax jithassar, izda jinghata lill-parti li thalliet barra milli taghti l-kunsens taghhal-jedd li ggieghel lill-parti li mexxiet wahedha li tirreintegra l-komunjoni tal-akkwisti jew, jekkdan ma jkunx jista' jsir, li taghmel tajjeb ghad-dannu mgarrab mill-parti mizzewga li ma tkunx tatil-kunsens taghha. Ukoll fejn huwa moghti li parti mizzewga tista' titlob it-thassir ta' ghamil straordinarju, dan irid isir fi zmien limitat, li jista' jitqassar ghal tliet xhur jekk il-parti li matkunx tat il-kunsens taghha jntbaghtilha att gudizzjarju biex jgharrafha bit-twettiq ta' l-ghamil;

Fejn hemm nullita' ta' dawn l-ghemejjel, din m'hijiex nullita' assoluta, imma biss wahda relattiva: l-ghamil jibqa' jiswa sakemm ma jigix imhassar. Minbarra dan, fejn hemm nullita' bhal din,tali nuqqas ta' siwi ma jista' qatt jintalab (jew jigi eccepit) mill-parti l-mizzewga li tkun ikkuntrattat, imma trid tirrizulta minn azzjoni mehuda apposta mill-parti l-mizzewga li l-fehma taghha matkunx inghatat, jekk u meta tmexxi b'kawza f'dan is-sens u fiz-zmien stipulat;

Il-kwestjoni dibattuta hija dwar jekk ghamil straordinarju li jsir minn jew bl-gharfien ta' wahda biss mill-partijiet mizzewgin jghabbix xorta wahda lill-komunjoni tal-akkwisti daqslikieku kien ghamil li sar mit-tnejn, jew jekk jghabbix biss lill-gid parafernali tal-parti mizzewga li wahedha tkun ghamlitu. Fiz-zewg ipotezi, madankollu, l-implikazzjoni m'hijiex li l-ghamil ma jkunx jghodd, imma, ghall-kuntrarju, li dak l-ghamil kien jghodd - zgur fir-rigward tat-terza persuna li tkun ikkuntrattat ma' dik il-parti mizzewga u ta' dik l-istess parti mizzewga li tkun dahlet ghalih. M'huwiex l-ispirtu tal-ligijekk jinghad li l-ghamil straordinarju mwettaq minn wiehed biss mill-partijiet mizzewgin bla ghafrien jew minn wara dahar il-parti mizzewga l-ohra huwa ghamil null ab initio u dan ghaliex il-ligi matghidx hekk. Fejn il-ligi trid li ghamil ma jkunx jiswa ghaliex nieqes minn xi kwalita' essenzjaliu mehtiega, l-ligi tghidu espressament u lil hadd m'huwa mholli li jimplikah b'tigbid, tixbih, jewb'analogija;

Mhux kull shubija f'kumpannija jew kull hatra ta' tmexxija fi hdanha ghandu jitqies awtomatikament bhala l-ezercizzju tal-kummerc, negozju jew professjoni tal-persuna li tkun. Ikun xieraq li jitqies f'kull kaz partikolari x'ikun ir-rwol tal-persuna fit-tmexxija effettiva u rejali ta' dik il-kumpannija;




Operational Programme 1
CONvErGE connected eGovernment


We use cookies to ensure that we give you the best experience on our website. If you continue without changing your settings, we'll assume that you are happy to receive all cookies. More Info