Reference: 1539/1996/1

Judgement Details


Date
16/06/2005
Court
CIVIL COURT, FIRST HALL
Judiciary
MICALLEF JOSEPH R.
Parties
CUTAJAR SAVIOUR vs AGENT REGISTRATUR TAL-QORTI
ECLI
N/A
Judgement Type
FINAL JUDGEMENT

Keywords / Summary


Keywords
DEPOZITU, DOVERI TAD-DEPOZITARJU - FORZA MAGGURI - DEPOZITU, ELEMENTI TA` - DEPOZITU, SERQ TA` L-OGGETT DEPOZITAT
Summary
Il-ligi taghraf bejn ghamliet differenti ta' depozitu, li jista' jkun wiehed hekk proprjament imsejjah jew jista' jkun sekwestru konvenzjonali. Tal-ewwel, imbaghad, jista' jkun jew depozitu volontarju jew inkella depozitu necessarju. F'kull kaz, il-kuntratt tad-depozitu jinvolvi t-tqeghid ta' haga f'idejn haddiehor, bl-obbligu ta' dan li jharisha u li jroddha lura in natura meta jintalab li jaghmel dan.

Il-ligi trid li dak li ghandu titqieghed haga b'depozitu jiehu hsiebha bhalma jiehuhsieb hwejgu stess. Izda hu ma jwegibx ghall-accidenti li jsehhu b'forza magguri, sakemm ma jkunxtnikker biex irodd lura l-haga lil min ikun talabhielu lura. Id-dmir ewlieni u element kardinali tal-kuntratt tad-depozitu huwa li d-depozitarju ghandu jrodd lura l-istess haga mhollija f'idejh fil-qaghda li tkun fiz-zmien meta tintradd u kull tgharriq li ggarab bla htija tieghu jbatiha d-depozitant. Ir-radd lura jrid isir jew lil min wettaq id-depozitu, jew lill-persuna li f'isimha jkun sar id-depozitu, jew lill-persuna mahtura biex tircievi l-haga;

Jitqies li haga depozitata tkun intilfet b'forza magguri jekk kemm-il darba jintwera li d-depozitarju jkun ha l-passi kollha mehtiega uragonevoli biex il-haga depozitata tkun tqeghdet fiz-zgur. Is-serq huwa wahda mill-grajjiet li jistghu jitqiesu bhala forza magguri ghad-depozitarju. Izda fejn id-depozitarju jressaq il-fatt tal-forza magguri bhala difiza ghat-talba biex irodd lura l-haga depozitata, jaqa' fuqu d-dmir li jipprovakif imiss dan il-fatt. Normalment, id-depozitarju jehtieglu jipprova biss li, bit-telfien tal-hagadepozitata, garrab danni: sakemm ma jkunx intwera li kien traskurat fl-ghazla tal-persuna tad-depozitarju bhala persuna li tkun maghrufa bhala wahda traskurata fiz-zamma ta' hwejjigha, f'liema kaz id-depozitant jitqies responsabbli minn ghazla bhal dik. Bid-difiza tal-forza magguri wiehed ikun irid juri mhux biss li l-grajja kienet wahda mhux mistennija jew mhux mixtieqa, imma wkoll li kienet wahda li ma setghetx tigi evitata;




Operational Programme 1
CONvErGE connected eGovernment


We use cookies to ensure that we give you the best experience on our website. If you continue without changing your settings, we'll assume that you are happy to receive all cookies. More Info