Reference: 1301/1995/2

Judgement Details


Date
19/05/2005
Court
CIVIL COURT, FIRST HALL
Judiciary
MICALLEF JOSEPH R.
Parties
BORG GUZEPPI vs AZZOPARDI EMANUEL
ECLI
N/A
Judgement Type
FINAL JUDGEMENT

Keywords / Summary


Keywords
SERVIGI, AZZJONI IURE ACTIONIS - SERVIGI, AZZJONI OFFICIO JUDICIS - SERVIGI, INTENZJONI TAL-PRESTANT LI JITHALLAS - SERVIGI, META JKUN DOVUT KUMPENS GHAL - SERVIGI, META JKUN HEMM GHARFIEN TA` - SERVIGI, META MA JKUN HEMM EBDA RAPPORT TA` PARENTELA
Summary
Huwa stabilit li l-bazi ta' azzjoni ghal servizzi moghtija triegi fuq zewg sisien: jigifieri, fuqil-kwazi kuntratt u fuq il-prezunzjoni li min jaghti servizz lil haddiehor jaghmel hekk bil-fehma lijithallas ta' dak li jaghmel. Minbarra dan, ilu zmien twil accettat li l-hlas ta' servigi jista' jkun dovut mhux biss jure actionis, jigifieri meta huwa miftiehem, imma wkoll officio judicis, jigifieri meta mic-cirkostanzi jkun jidher sewwa li min ta dak is-servizz ried li jithallas tieghu jew kien imwieghed hlas ghalih. Biex wiehed jasal biex jara jekk persuna kellhiex il-fehma jew l-istennijali tithallas, ghandu jitqies il-waqt meta nghataw tali servizzi, ghaliex ic-cirkostanzi li jsehhu wara ma jservux biex joholqu b'lura dritt ta' fehma li ma kinitx l-intenzjoni tal-partijiet li joholqu;

Il-fatt li ma hemm l-ebda rabta ta' qrubija bejn min jaghti u min jircievi s-servizzi, jista' u generalment ifisser li tali servizzi saru bit-tama tal-hlas jew kumpens xieraq. Il-fatt li minta s-servizzi kellu fi hsiebu xi ghamla ta' gharfien iehor minbarra hlas dirett (bhal, per ezempju,it-tama li jithalla bhala werriet jew legatarju jew beneficjarju b'xi titolu li jkun mill-wirt tal-persuna mghejjuna) huwa element indikattiv tal-fehma tan-non-gratuwita' tas-servizz moghti, ukoll jekk dik it-tama jew weghda li tkun saritlu tisfuma fix-xejn ghal raguni li l-persuna li serviet ma jkollhiex kontroll fuqha.

Biex titwaqqa' l-prezunzjoni li servigi nghataw gratuwitament, jehtieg li min jallega li x-xoghol sar b'xejn irid igib provi tajbin u konvincenti bizzejjed biex iwaqqaghha.

Jekk min ircieva s-servizzi kien gharaf dan il-fatt f'xi att pubbliku, ma jistax iqanqalil-preskrizzjoni tal-pretensjoni ghall-hlas maghmula minn min ikun ta s-servizzi. Sakemm dak l-attma jithassarx b'iehor, iz-zmien tal-preskrizzjoni jkun wieqaf. B'mod partikolari, jekk f'testment jithalla legat ta' hlas lil xi hadd ghal servizzi moghtija lit-testatur, dak il-legat ghandu s-sahhata' dikjarazzjoni affermattiva ta' stqarrija ta' kumpens. L-gharfien mhux bilfors isehh jekk ikun hemm kitba f'dan is-sens, izda jista' jsir bil-fomm, ghalkemm il-prova ta' dan trid tkun aktar qawwija u cara minn semplici riferenza ghal xi diskors generiku jew implicitu;




Operational Programme 1
CONvErGE connected eGovernment


We use cookies to ensure that we give you the best experience on our website. If you continue without changing your settings, we'll assume that you are happy to receive all cookies. More Info