Referenza: 29/2003/1

Dettalji tas-Sentenza


Data
19/05/2005
Qorti
CIVIL FIRST HALL (CONSTITUTIONAL JURISDICTION)
Ġudikatura
MICALLEF JOSEPH R.
Partijiet
BUSIETTTA ADRIAN vs L-AVUKAT GENERALI ET
ECLI
N/A
Judgement Type
FINAL JUDGEMENT

Dettalji tal-Appellati


Appellata
Iva

Kliem Ewlieni / Fil-Qosor


Kliem Ewlieni
KSUR TAL JEDD TA SMIGH XIERAQ - L ARTIKOLU 39 TAL KOSTITUZZJONI TA MALTA - L ARTIKOLU 541 TAL KODICI KRIMINALI - L ARTIKOLU 6 TAL KONVENZJONI TAD DRITTIJIET TAL BNIEDEM
Fil-Qosor
Kemm il-Prim'Awla tal-Qorti Civili u kif ukoll il-Qorti Kostituzzjonali m'humiex mizmuma milli jiddeciedu, meta jkun il-kaz, li xi Qorti ohra tkun mixlija li kisret xi wiehed mill-jeddijiet fondamentali tal-bniedem, imqar jekk dik il-Qorti l-ohra tkun il-Qorti Kostituzzjonali stess.

Il-Qratita' gurisdizzjoni kostituzzjonali m'ghandhomx iqisu jekk il-Qrati mixlija bi ksur ta' jedd ta' smighxieraq ikkommettewx zball ta' ligi jew ta' fatt fid-decizjonijiet taghhom. Hija setgha limitata biex tqis jekk il-procediment li minnu tressaq ilment ta' nuqqas ta' smigh xieraq kienx tassew wiehedimparzjali u “skond il-ligi”.

Biex wiehed jiddetermina jekk kienx hemm ksur tal-jedd ta' smigh xieraq, wiehed irid iqis il-process kollu kemm hu, maghduda maghhom l-imgiba tal-Qorti li tkun u kif ukoll ta' kif l-interessi tal-persuna mixlija kienu mressqa u mharsin mill-istess qorti. Wiehedma jistax u m'ghandux jiffoka fuq bicca biss mill-process shih gudizzjarju biex minnu, jekk isib xinuqqas jew ghelt, jasal ghall-konkluzjoni li tabilfors sehh ksur tal-jedd tas-smigh xieraq. B'mod partikolari, jekk fi stadju qabel ma nbeda l-procediment kriminali, persuna suspettata saritilha interrogazzjoni u dan minghajr ma kienet mghejjuna minn avukat u minkejja li kienet ghadha taht l-eta',dan il-fatt wahdu ma tqiesx li kiser il-jedd ta' dik il-persuna ghal smigh xieraq, meta ittiehed qies tal-process kollu mehud fil-konfront taghha, ukoll jekk fihom infushom dawk iz-zewg cirkostanzi normalment jitqiesu li jiksru l-artikolu 6 tal-Konvenzjoni.

Fil-proceduri tal-Isfida taht l-artikolu 541 tal-Kodici Kriminali, il-Qorti ma tistharrigx il-htija jew l-innocenza tal-persuna li dwarha jsir ir-rapport, id-denunzja jew il-kwerela. F'dik il-procedura, huma tnejn il-partijiet: il-parti rikorrenti li tkun hassitha aggravata ghaliex il-Pulizija ma tkunx hadet passi kontra l-persunakwerelata jew rapportata, u l-Kummissarju tal-Pulizija, in rapprezentanza tal-Korp tal-Pulizija, lijkun qieghed jigi sfidat biex jibda l-proceduri kontra l-persuna kwerelata jew rapportata. Dik l-isfida tissarraf f'ordni tal-Qorti li tkun qieset jekk ir-rapport, il-kwerela jew id-denunzja jkollhomx ix-xamma ta' verita' jew possibilita' li bis-sahha taghha jistghu jittiehdu proceduri kriminali kontra l-persuna hekk rapportata, denunzjata jew kwerelata. L-ordni tista' tkun kemm favur it-talba ukif ukoll biex tichadha, u l-ligi ssemmi wkoll procedura kif ordni bhal dak jista' jigi appellat.

L-ordni mill-Qorti jkun biss biex il-Pulizija tmexxi skond ir-rapport, denunzja jew il-kwerela li tkun saritilha. Anqas u anqas ikun sar xi gudizzju dwar il-htija jew l-innocenza tal-parti kwerelata, denunzjata jew rapportata.

L-artikolu 39 tal-Kostituzzjoni ta' Malta jaghmilha carali l-jedd ta' smigh xieraq fil-qafas ta' proceduri kriminali jiddependi minn (a) akkuza li (b) tkun qeghda tinstama' minn Qorti indipendenti u imparzjali mwaqqfa b'ligi. Dan l-artikolu gie mfissermill-Qrati taghna bhala li japplika biss fejn ikun inbeda procediment quddiem qorti li, fl-gheluq ta' dak il-procediment, tista' tasal biex taghti decizjoni li tiddetermina l-htija jew in-nuqqas ta'htija tal-persuna akkuzata. Ghalhekk, tqies li d-dispozizzjonijiet tal-artikolu 39 tal-Kostituzzjoni la jghoddu dwar proceduri quddiem il-Qorti Kriminali bhala Qorti Inkwirenti u lanqas ghal proceduri quddiem il-Qorti Kriminali bhala Qorti Istruttorja. Wisq anqas, ghalhekk, jista' jidher li jista'jsehh ksur tal-jedd ta' smigh xieraq ghall-finijiet tal-artikolu 39 tal-Kostituzzjoni waqt proceduri mehuda taht l-artikolu 541 tal-Kodici Kriminali.

L-artikolu 6 tal-Konvenzjoni japplika biss“when the applicant is charged with an offence; it does not extend to cases in which he brings a private prosecution in the enforcement of the criminal law”. Ghall-finijiet tal-Konvenzjoni, il-kelma“akkuza” ghandha tifsira awtonoma fis-sens “sostantiv” taghha u mhux biss fit-tifsira formali. Fi kliem iehor, inghad li tkun harget akkuza meta “the official notification (is) given to an individualby the competent authority of an allegation that he has committed a criminal offence or some otheract which carries the implication of such an allegation and which likewise substantially affects thesituation of the suspect”.

Rigward il-garanzija minima moghtija fl-artikolu 6(3)(a) tal-Konvenzjoni, l-jedd li l-persuna tigi mgharrfa minnufih, f'ilsien li tifhem u fid-dettal, in-natura ur-raguni tal-akkuza, tiddependi minn stadju fejn l-akkuza (kif imfissra hawn fuq) tkun diga' nhargetkontriha. Qabel dak l-istadju, dik il-garanzija ma jkunx ghad ghandha sens u skop.

B'ziedama' dan, anke kieku kellu jitqies li l-Qorti tal-Magistrati wettqet xi zball li ma ordnatx in-notifika lir-rikorrent jew id-dhul tieghu fil-procedura tal-Isfida, ma jistax jinghad li b'daqshekk huwase' jkun garrab xi pregudizzju jew hsara irrimedjabbli bil-fatt li tressqu akkuzi fil-konfront tieghu u bhalissa jinsab ghaddej minn procedura biex jitqies jew le jekk huwa jahtix tal-imsemmija akkuzi. Inghad li mhux kull zball procedurali fi proceduri kriminali jgib bhala konsegwenza li ma kienx hemm smigh xieraq. Biex wiehed jasal ghal konkluzjoni bhal din, zball bhal dak irid ikun tali li qieghed lill-akkuzat fi zvantagg b'mod li ma setax jiddefendi lilu nnifsu kif imiss u kif ukoll li zball bhal dak ikun “incida b'mod sostanzjali biex l-akkuzat ikun instab hati”.

Huwa dejjem fis-setgha u l-kontroll tar-rikorrent u ta' min qieghed jidher ghalih li jghasses dwar l-imgiba tal-Qortikompetenti u li juza kull rimedju miftuh ghalih biex jizgura li, fil-waqt xieraq u fil-limiti moghtija lilu mil-ligi, ma jsir xejn li jista' jidher li cahhdu minn smigh xieraq dwar l-akkuzi migjuba kontrih.




Programm Operattiv 1
CONvErGE connected eGovernment


Dan is-sit jagħmel użu mill-cookies biex jiggarantilek l-aħjar esperjenza. Jekk ma tbiddilx is-settings tiegħek, nifhmu li qed taċċetta l-użu tal-cookies b’mod awtomatiku. Iktar Informazzjoni