Referenza: 1478/2003/1

Dettalji tas-Sentenza


Data
18/05/2005
Qorti
OF APPEAL (CIVIL, INFERIOR)
Ġudikatura
SCIBERRAS PHILIP
Partijiet
ATLAS INSURANCE AGENCY LIMITED NOE vs EXPRESS TRAILERS LIMITED
ECLI
N/A
Judgement Type
FINAL JUDGEMENT

Kliem Ewlieni / Fil-Qosor


Kliem Ewlieni
CMR CONVENTION, WILFUL MISCONDUCT
Fil-Qosor
Fil-kaz ta' wilful misconduct jew dol fit-test Franciz, jinghad illi att huwa volontarju meta l-persuna jkollha intenzjoni koxxenti li taghmel jew tonqos milli taghmel l-att dannuz, jew ommissjoni intenzjonali ta' dmir manifestament maghruf.

Dak li l-aktar ippreokkupa l-qrati u l-awturi hi r-ricerka jekk kienx jezisti "fault equivalent to dol".

M' hemmx dubju illi fis-sistema tal-ligi taghna jezisti dan il-koncett ta' gross negligence ossija culpa lata. Jibda biex jigi osservat illi in linea generali "n-negligenza tikkostitwixxi koncett negattiv u tikkonsisti fl-ommissjoni ta' dak il-grad ta' diligenza li tehtieg skond ic-cirkostanzi". Jezisti pero` varjanti ta' din in-negligenza. Hekk normalment taht il-ligi Aquilia "et laevissima culpa venit". Imma hu ritenut ukoll illi"ladarba n-negligenza tkun 'gross and culpable' hija taghti lok mhux biss ghal responsabilita civili imma anke kriminali". B' aktar precizjoni, "it-traskuragni hemm bzonn li tkun 'culpable negligence' tali li tammonta ghal criminal misconduct".

In linea ta' principju, kif emers mid-dottrinalegali u mill-gurisprudenza l-culpa lata fil-kamp civili hi x' aktarx assocjata man-negligenza tal-professjonist. Dan fis-sens illi jrid jirrizulta li l-izball irid ikun grossolan.

Naturalment, mhux bilfors li tali negligenza hi allacjata mal-professjonista eskluzivament in kwantu skond l-Artikolu 1038 Kodici Civili anke dawk li jindahlu ghal xoghol jew servizz minghajr ma jkollhom il-hila mehtiega jirrispondu ghad-danni. Din hi dik ir-"reklessness" li b' epitati differenti ssejhet "gross negligence".

Huwa accettat fis-sistema taghna li "culpa lata" tista' tkun ekwivalenti "wilful misconduct".




Programm Operattiv 1
CONvErGE connected eGovernment


Dan is-sit jagħmel użu mill-cookies biex jiggarantilek l-aħjar esperjenza. Jekk ma tbiddilx is-settings tiegħek, nifhmu li qed taċċetta l-użu tal-cookies b’mod awtomatiku. Iktar Informazzjoni