Reference: 1110/2003

Judgement Details


Date
05/05/2005
Court
CIVIL COURT, FIRST HALL
Judiciary
MALLIA TONIO
Parties
GM INTERNATIONAL SERVICES LTD vs M/Y ILDERIM IV
ECLI
N/A
Judgement Type
PARTIAL SENTENCE

Keywords / Summary


Keywords
ACTIO IN REM, NECESSARIES SUPPLIED - ACTIO IN REM, ORIGINI TA` L-AZZJONI
Summary
Il-ligi kodifikata ta' Malta ma tipprovdix ghall-esercizzju ta' azzjoni in rem. Din l-azzjoni tista' tigi esercitata quddiem dawn il-qrati ghaliex dan il-principju ta' Admiralty Law Ingliz intiret mill-istatuti tal-parlament Ingliz fiz-zminijiet meta Malta kienet kolonja tal-Imperu Brittaniku. F'dak iz-zmien, il-gvern kolonjali kellu s-setgha li jestendi l-applikazzjoni ta' certu ligijiet tal-parlament ta' Westminster biex jigu fis-sehh anki fil-kolonji tal-Kuruna mxerrdin madwar id-dinja. Infatti, l-gurisdizzjoni in rem giet introdotta f'Malta fis-seklu dsatax, meta l-gvern kolonjali estenda l-applikazzjoni tal-Admiralty Law Ingliz permezz tal-"Colonial Courts of Admiralty Acts", senjatament l-"Admiralty Court Acts" ta' 1840 u 1861.

Bis-sahha ta' dawk il-ligijiet gew fis-sehh il-"Vice Admiralty Courts" li nghataw is-setgha li jezercitaw "Admiralty Jurisdiction". Din kkonferiet lill-qrati Maltin il-kompetenza esklussiva u limitata li jisimghu kawzi ta' natura marittima, b'azzjoni in rem. Sussegwentement, din il-kompetenza intirtet mill-Qorti tal-Kummerc, u eventwalment mill-Prim'Awla tal-Qorti Civili.

Issa, l-imsemmija "Admiralty Court Acts" tal-1840 u 1861 jaghtu dritt ta' azzjoni in rem kontra il-bastiment meta il-pretensjoni taqa' taht wahda mill-hekk imsejjha "heads of jurisdiction in rem". B'hekk, jekk in-natura tal-pretensjoni taqa' li tigi klassifikata taht wahda mill-"heads of jurisdiction", l-"Admiralty Court Acts" tal-1841 u l-1860 jaghtu id-dritt lill-kreditur li jipprocedi direttament kontra l-bastiment li fir-rispett tieghu tezisti il-pretensjoni, flok azzjoni normali in personam taht il-Kodici ta' Organizzazzjoni u Procedura Civili.

Il-"heads of jurisdiction" taht l-"Admiralty Court Acts" tal-1840 u 1861 huma ezawrjenti u biex kreditur jistgha jipprocedi bl-azzjoni in rem kontra bastiment, in-natura tal-pretensjoni trid tkun tali li taqa' strettament taht wahda mill-kategoriji elenkati fil-precitat statuti. Ghalhekk, filwaqt illi l-kreditur ghandu dritt li jirrikorri ghal azzjoni ordinarja in personam biex jikkanonizza kreditu ordinarju lilu dovut, azzjoni in rem hija limitata ghall-kaz fejn il-pretensjoni hija ta' natura li taqa' taht il-"heads of jurisdiction" definiti fil-precitati statuti, liema "heads of jurisdiction" bl-ebda mod ma jistghu jigu estizi.

Fil-gurisprudenza lokali, jidher li l-qrati taghnaabbraccjaw interpretazzjoni wiesa' ta' meta azzjoni in rem tista' tirnexxi. Ghal dak li jirridwardaprovvisti, ossia necessaries supplied, mhux mehtieg illi l-provisti jkunu "absolutely and unconditionally necessary"; kull ma hu mehtieg biex provisti jkunu konsiderati bhala "necessaries" hu li jintwera li fic-cirkustanzi kien prudenti li jinxtraw il-provvisti relattivi ghall-bastiment.




Operational Programme 1
CONvErGE connected eGovernment


We use cookies to ensure that we give you the best experience on our website. If you continue without changing your settings, we'll assume that you are happy to receive all cookies. More Info