Reference: 2725/1996/1

Judgement Details


Date
29/04/2005
Court
OF APPEAL (CIVIL, SUPERIOR)
Judiciary
DE GAETANO VINCENT, DEPASQUALE ANTON, MAGRI ALBERT J.
Parties
VELLA EMMANUEL ET vs AL KADI ABDUL SIVE ABDUL AL KALI
ECLI
N/A
Judgement Type
FINAL JUDGEMENT

Keywords / Summary


Keywords
LOKAZZJONI, ARTIKOLU 1530 TAL-KODICI CIVILI - DEFINIZZJONI TA` LOKATUR GHALL-FINIJIET TA` - LOKAZZJONI, ELEMENTI TA`
Summary
In-nuqqas ta' relazzjoni bejn l-inkwilin u sid il-fond mhux bil-fors twassal ghan-nuqqas ta' titolu.Infatti l-istess Kodici Civili fl-Artikolu 1530 jipprovdi b'mod espress ghal validita` ta' dawk il-kirjiet li jkunu koncessi minn persuni li ma jkunux is-sidien tal-fond mikri. Inoltre, inkwantu kirja hija obbligazzjoni ta' natura strettament personali, mhux mehtieg li minn jikkoncediha jkun sid il-fond lokat.

Il-lokatur jista' jkun inkwilin, semplici uzufruttwarju, kreditur antikretiku,u pussessur tal-fond, anki b'titolu abusiv u illegittimu, rizolubbli u tranzitorju.

Skond l-artikou 1525 tal-Kap 16 tal-Ligijiet ta' Malta, kuntratt ta' kiri "jista' jsir sew b'kitba kemm bil-fomm." Inoltre l-artikolu li jsegwi jipprovdi li "Il-kiri ta' haga hu kuntratt li bih wahda mill-partijiet tintrabat li taghti lill-ohra t-tgawdija ta' haga, ghal zmien miftiehem u b'kera miftiehem, lidin il-parti l-ohra tintrabat li thallas lilha." Il-lokazzjoni ghalhekk la trid skrittura u lanqasxi kundizzjonijiet specjali. Kull ma hu mehtieg biex tinholoq rabta huwa li jkun hemm l-identita` tal-fond li ser jinkera u qbil dwar il-korrispettiv.

Hawnhekk gie ritenut li titolu ta' lokazzjoni koncess minn xerrej fuq konvenju li sussegwentement ikun skada huwa titolu validu ai termini tal-Artikolu 1530. B'hekk azzjoni intiza ghall-izgumbrament fuq il-kawzali li l-okkupant tal-fond ma kellux titolu ma setghetx tirnexxi. Irid jigi notat ukoll li l-Qorti tidher irritjeniet li s-sidien kienu irrikonoxxew din il-krija billi accettaw skadenza ta' kera.




Operational Programme 1
CONvErGE connected eGovernment


We use cookies to ensure that we give you the best experience on our website. If you continue without changing your settings, we'll assume that you are happy to receive all cookies. More Info