Reference: 220/1996/1

Judgement Details


Date
29/04/2005
Court
OF APPEAL (CIVIL, SUPERIOR)
Judiciary
DE GAETANO VINCENT, CAMILLERI JOSEPH D., FILLETTI JOSEPH A.
Parties
MATRENZA RICHARD vs UFFICJAL TAL-VALUTAZZJONI TAL-ARTIJIET E
ECLI
N/A
Judgement Type
FINAL JUDGEMENT

Keywords / Summary


Keywords
APPELL, META U KIF JISTA` JSIR APPELL INCIDENTALI - ORDINANZA LI TNEHHI L-KONTROLL TAD-DJAR, ELEMENTI MEHTIEGA SABIEX FOND JIGI DEKONTROLLAT
Summary
L-Artikolu 240 tal-Kap. 12 jghid li kull parti tista' tinqeda b'appell li jsir minn sentenza, u li din tista` mhux biss taghmel appell incidentali dwar is-sentenza definittiva, izda wkoll dwar kull sentenza jew kull kap taghha moghtija fl-istess kawza, ukoll jekk ma jsirx appell minnhom minn min jappella.

Fis-subinciz (2) dan l-artikolu jghid li,

"Dik il-parti li tkun bi hsiebha tinqeda b'dak l-appell ghandha taghmel dikjarazzjoni f'dak is-sens fir-risposta fejn issemmi t-talbiet taghha u r-ragunijiet ghall-appell incidentali taghha."

Ghaldaqstant, dan l-artikolu jitlob dikjarazzjoni tal-parti li hija tixtieq tipprevalixxi ruhha mill-appell principali biex tappella incidentalment.

Il-Qorti qieset li ghalkemm l-appellat fil-forma ta' l-appell incidentali tieghu naqas li juza l-formola tradizzjonali fis-sens illi l-appellat jiddikjara li jipprevalixxi ruhu mill-appell avversarju; izda qieset li b'dak li qal wera bizzejjed l-intenzjoni tieghu li jappella mill-kap ta' dik is-sentenza fejn huwa jhossu aggravat, meta huwa esplicitament qal li huwa jiddikjara lijappella minn dak il-kap. Il-fini precipwu tal-ligi huwa illi l-appellat jiddikjara fir-risposta illi in vista li hemm appell principali huwa qieghed jaghmel appell minn xi kap ta' dik is-sentenza,u dan il-vot tal-ligi huwa ottemperat meta l-appellat iddikjara li hu jappella minn kap specjali ta'dik is-sentenza fil-kaz illi l-appell principali jigi kawtelat.

Sabiex fond jigi dekontrollat kull m'huwa mehtieg huwa li l-kriterji espressament indikati fil-Kap. 158 jigu sodisfatti. Minn imkien ma jirrizulta li huwa mehtieg li l-bini jkun konformi mal-permessi tal-bini.




Operational Programme 1
CONvErGE connected eGovernment


We use cookies to ensure that we give you the best experience on our website. If you continue without changing your settings, we'll assume that you are happy to receive all cookies. More Info