Referenza: 16/2001/1

Dettalji tas-Sentenza


Data
20/04/2005
Qorti
OF APPEAL (CIVIL, INFERIOR)
Ġudikatura
SCIBERRAS PHILIP
Partijiet
FENECH MICHAEL ET vs SPAGNOL MICHELINA
ECLI
N/A
Judgement Type
FINAL JUDGEMENT

Kliem Ewlieni / Fil-Qosor


Kliem Ewlieni
LOKAZZJONI, META PERSUNA ANZJANA TABBANDUNA L-FOND LOKAT MINHABBA RAGUNIJIET TA` SAHHA - LOKAZZJONI, REGISTRU ELETTORALI BHALA PROVA TA` RESIDENZA
Fil-Qosor
Jezistu cirkostanzi specjali fil-kaz ta' persuni ta' eta` avanzata li jkunu jghixu wehidhom li l-fatt li jkunu marru, ghal ragunijiet ta' sahha, jghixu f' istitut ta' rikoveru jew sptar jew ma' membrital-familja, ma jfissirx li huma ghamlu dan permanentement u li abbandunaw ghal kollox il-fond fejnkienu jirrisjedu.

Dan il-principju ma ghandux jigi prattikat b' mod indiskriminat.

Jekk ghandu jigi accettat il-principju traccjat fil-gurisprudenza illi f' kaz ta' nies ta' certa eta`huwa prezunt illi dawn jibqalhom l-intenzjoni li jekk jiddejqu jew ifiqu jirritornaw lura f' darhom,allura hu mistenni li din id-dar tinzamm bid-debiti ripari u manutenzjoni biex jirritornaw fiha bladiskapitu.

Il-fatt li ghax wiehed ikun registrat, ghal skop ta' votazzjoni, fuq fond iehor umhux fuq dak lokat dan, awtomatikament, mhux ekwiparat ghall-abbandun tal-fond mikri. Fatt konsimili jista' jikkostitiwixxi biss prova li trid tigi verifikata, li tista' tkun korroborattiva izda mhux necessarjament u dejjem tkun konklussiva ta' l-abbandun tal-post.




Programm Operattiv 1
CONvErGE connected eGovernment


Dan is-sit jagħmel użu mill-cookies biex jiggarantilek l-aħjar esperjenza. Jekk ma tbiddilx is-settings tiegħek, nifhmu li qed taċċetta l-użu tal-cookies b’mod awtomatiku. Iktar Informazzjoni