Referenza: 2256/1998/1

Dettalji tas-Sentenza


Data
01/04/2005
Qorti
OF APPEAL (CIVIL, SUPERIOR)
Ġudikatura
DE GAETANO VINCENT, CAMILLERI JOSEPH D., FILLETTI JOSEPH A.
Partijiet
ZAMMIT HUGH P. NOE ET NOE vs MIFSUD JOHN ET
ECLI
N/A
Judgement Type
FINAL JUDGEMENT

Kliem Ewlieni / Fil-Qosor


Kliem Ewlieni
ASSIKURAZZJONI, RIZARCIMENT TA` DANNI MHALLSA MIS-SOCJETA` ASSIGURATRICI
Fil-Qosor
Ir-responsabbilita' ghar-risarciment ta' danni mhallsa mill-assikurazzjoni a termini tal-Kap 104 tal-Ligijiet ta' Malta mhux relatat mar-responsabbilita' ghall-akkadut. Izda l-obbligu tal-hlas lura ta' ammonti mhallsa mill-assikurazzjoni jitwieled minn inadempjenza kuntrattwali nkwantu l-assikurat,li jkun intrabat mal-assikurazzjoni li josserva l-obbligi imposti fuqu bhala kondizzjoni tal-hrug tal-polza, jonqos li jaghmel dan. Fil-kaz in ezami l-konvenut, qua proprjetarju u assikurat, assuma l-obbligu li ma jhallix lill-huh jsuq il-vettura tieghu qabel ma dan jghalaq il-wiehed u ghoxrin sena.Kif irrizulta l-incident sehh meta l-vettura kienet qed tinsaq minn hu l-assigurat bil-permess ta'l-assikurat, u qabel ma dan kien jikkwalifika skond l-kondizzjonijiet tal-polza. Ir-radd lura tal-flus imhallsa mis-socjeta' attrici huwa bazat fuq dan in-nuqqas jew ksur ta' kuntratt. Ghalhekk il-kwistjoni ta' minn ikkaguna d-danni originarjament fl-incident awtomobilistiku, ma ghandhix rilevanza ghal kawza odjerna.

Il-preskrizzjoni ghal tali danni hija ta` hames snin taht l-Artikolu 2156(f) tal-Kodici Civili.




Programm Operattiv 1
CONvErGE connected eGovernment


Dan is-sit jagħmel użu mill-cookies biex jiggarantilek l-aħjar esperjenza. Jekk ma tbiddilx is-settings tiegħek, nifhmu li qed taċċetta l-użu tal-cookies b’mod awtomatiku. Iktar Informazzjoni