Reference: 852/2003/1

Judgement Details


Date
16/03/2005
Court
OF APPEAL (CIVIL, INFERIOR)
Judiciary
SCIBERRAS PHILIP
Parties
C & L CALLEJA TRADING LIMITED vs AQUILINA VICTOR
ECLI
N/A
Judgement Type
FINAL JUDGEMENT

Keywords / Summary


Keywords
INSTITUTUR, META MA JINDIKAX IL-KAPACITA` LI FIHA JKUN QED JEZERCITA
Summary
Il-principal hu responsabbli ghall-ghemil ta' institur u ghall-obbligazzjonijiet li dan ikkontrattafil-limiti tal-kummerc jew fil-linja ta' kummerc li jkunu gew imhollija f'idejh (Artikolu 60 Kodicital-Kummerc).

L-Artikolu 62(2) jiddisponi li jekk l-institur ma jiddivulgax li qed jagixxi f'isem il-principal huwa jobbliga ruhu personalment. Ciononostante l-istess artikolu jissokta jippreciza illi "f' dak il-kaz, it-terzi jistghu jezercitaw ukoll kontra l-principal, l-azzjonijiet li jitnisslu minn dawk l-atti ta' l-institur li jaghmlu ma' l-ezercizzju tal-kummerc u li huma mehtiega ghall-ezercizzju tal-kummerc li minnu jkun inkarigat";

Dan l-artikolu tal-ligi qieghed hawn ghat-tutela tat-terzi u jikkomprendi zewg ipotesijiet distinti ta' assunzjoni ta' responsabilita`: wahda a karigu ta' l-institur innifsu u l-ohra a karigu tal-principal. Hi l-ligi li tohloq il-presunzjoni li t-titolar ta' l-impreza hu responsabbli ghall-attijiet kompjuti u obbligazzjonijiet assunti f' ismu fil-lok li jkun qed jigi gestit. Dan naturalment in bazi ghall-principju ta' l-apparenza guridika u ta' l-affidament. Dan igib li f' dawk il-limiti l-preponent jew principal jibqa' di fronteghat-terzi obbligat solidalment ma' l-institur. Li jfisser li t-terz jista' jagixxi direttament kontra l-principal u dan minghajr l-oneru tal-prova pozittiva li l-kuntratt kien konkjuz u l-obbligazzjoni assunta mir-rapprezentant f' isem il-preponent.




Operational Programme 1
CONvErGE connected eGovernment


We use cookies to ensure that we give you the best experience on our website. If you continue without changing your settings, we'll assume that you are happy to receive all cookies. More Info