Referenza: 588/2003/1

Dettalji tas-Sentenza


Data
16/03/2005
Qorti
OF APPEAL (CIVIL, INFERIOR)
Ġudikatura
SCIBERRAS PHILIP
Partijiet
VASSALLO ANTOINE PRO ET NOE vs CEFAI JAMES ANTHONY
ECLI
N/A
Judgement Type
FINAL JUDGEMENT

Kliem Ewlieni / Fil-Qosor


Kliem Ewlieni
ACTIO CAMBIARIA, ECCEZZJONIJIET AMMISSIBBLI - ACTIO CAMBIARIA, ECCEZZJONIJIET AMMISSIBBLI - DOLO - ACTIO CAMBIARIA, OBBLIGAZZJONIJIET INDIPENDENTI
Fil-Qosor
L-azzjoni kambjarja hija azzjoni awtonoma u dak li ghandu jigi rigwardat f'azzjoni simili huwa bhalaregola r-relazzjoni bejn it-traent u t-trattarju kif emergenti minn wicc il-kambjala stess.

Issa huwa minnu li l-Kodici tal-Kummerc jahseb ghal kaz ta' xi eccezzjonijiet; inter alia, dak provvdut fl-Artikolu 198 tieghu. Eppure, korrettement intiz, dan id-dispost tal-ligi jimplika illi eccezzjonijiet li kienu ta' natura personali ghall-possessur u li allura setghu joriginaw minn negozju lita lok ghall-hrug tal-kambjala u li setghu idewmu d-determinazzjoni ta' l-azzjoni kambjarja kellhomjigu skartati.

Hemm pero` eccezzjonijiet ohra li jistghu jinghataw u fost dawn il-kazijiet hemm dak meta l-kunsens ta' l-accettant ikun vizzjat b' dolo jew vjolenza. Ghaldaqstant, kif drabi ohra affermat, meta l-eccezzjoni hija tad-dolo, il-Qorti ghandha tezamina l-kwestjoni sollevata, ghaliex diversament il-Qorti tkun qeghda tiffavorixxi lil min, kieku l-eccezzjoni tkun provata, ikun agixxa dolozament.




Programm Operattiv 1
CONvErGE connected eGovernment


Dan is-sit jagħmel użu mill-cookies biex jiggarantilek l-aħjar esperjenza. Jekk ma tbiddilx is-settings tiegħek, nifhmu li qed taċċetta l-użu tal-cookies b’mod awtomatiku. Iktar Informazzjoni