Reference: 583/2002/1

Judgement Details


Date
16/03/2005
Court
OF APPEAL (CIVIL, INFERIOR)
Judiciary
SCIBERRAS PHILIP
Parties
SCERRI ANTHONY ET vs CUTAJAR ANTHONY ET
ECLI
N/A
Judgement Type
FINAL JUDGEMENT

Keywords / Summary


Keywords
DRITTIJIET, ELEMENTI NECESSARJI GHAL RINUNZJA TA` - DRITTIJIET, INTERPRETAZZJONI TA` ATT TA` RINUNZJA GHANDHA TKUN RESTRITTIVA - DRITTIJIET, RINUNZJA GHAL - LOKAZZJONI, RINUNZJA GHALL-KIRJA DA PARTI TA` L-INKWILIN - SENTENZA, ANKI FI PROCEDURI SOMMARJI SENTENZA GHANDHA TKUN BEN MOTIVATA - SENTENZA, HTIEGA LI TKUN BEN MOTIVATA - SENTENZA, KONFORMITA` MAR-REGOLI PROCEDURALI - SENTENZA, NULLITA` TA` - META S-SENTENZA TKUN SOSTANZJALMENT GUSTA
Summary
Hu dmir ta' kull tribunal li kemm jista' jkun jokkupa ruhu mill-kwestjonijiet kollha devoluti lilu fil-gudizzju mill-partijiet u, fejn possibbli jew hekk rikjest, jipprovdi b' mod intelligibbli, ankejekk mhux necessarjament b' mod approfondit, l-elementi saljenti ta' fatt u ta' dritt li jkunu gew provati jew trattati mill-kontendenti. Dan ghar-raguni ovvja, u daqstant iehor logika, biex il-partijiet ikollhom almenu s-sodisfazzjon li jkunu jafu ghaliex it-talba, jew l-eccezzjoni, tkun giet milqugha jew michuda;

Hu deziderabbli wkoll illi s-sentenza tkun kompatibbli mar-regoli procedurali u d-disposizzjonijiet tal-ligi, senjatament l-Artikoli 218 u 219 tal-Kapitolu 12;

Tendenzjalment, u safejn hu guridikament possibbli, is-sentenza ghandha tkun salvata, anzikke annullata;

In-nullita` ta' sentenza m' ghandhiex tigi attiza jekk is-sentenza tinsab sostanzjalment gusta;

L-inkwilin jista' validament jirrinunzja ghall-lokazzjoni.

Li ghall-validita` ta' rinunzja ghal-lokazzjoni ta' immobbli mhux mehtiega l-iskrittura u lanqas l-awtorizzazzjoni tal-Bord tal-Kera. Dan ghaliex "dak li l-ligi tipprojbixxi huwa r-rinunzja preventiva ghad-dritt tar-rilokazzjoni tacita ghall-futur". Mill-mument li ssir ir-rinunzja l-konduttur tal-fond mikri "jizvesti ruhu mill-kwalita` ta' konduttur, u jsir detentur bla titolu minn dak il-jum il-quddiem; issir semplici okkupant". Jista' ghalhekk jigi zgumbrat mill-fond per mezz ta' ordni moghti mit-Tribunali ordinarji.

Bla dubju r-rinunzja hija att guridiku unilaterali, b' karattru abdikattiv in kwantu tirrizolviruhha fit-telf tad-dritt gja akkwistat. Ghaldaqstant iggorr l-effetti taghha imprexxindibilment mill-accettazzjoni tal-parti l-ohra.

Ir-rinunzja trid tkun cara u pozittiva u tista' tkun dezumibbli kemm minn provi diretti kemm minn presunzjonijiet;

Ir-rinunzja ta' dritt sabiex titqiesbhala tali trid tirrizulta minn espressjonijiet cari u univoci u mhux minn espressjonijiet generici.

Kull rinunzja li ma tkunx generali u specifika, tirvcievi interpretazzjoni stretta, billi fil-kaz ta' dubju jitqies li jkun gie rinunzjat l-anqas possibbli.

Ir-rinunzji huma di strettodiritto u ghandhom jirrizultaw minn fatti assolutament inkonciljabbli mal-konservazzjoni tad-drittu li juru l-volonta preciza tar-rinunzjant.

In kwantu ghall-ezami dwar in-natura ta' l-att ul-effikacja tieghu biex jopera r-rinunzja, dan l-ezami huwa rimess ghall-apprezzament tal-gudikant,li ghandu jiehu in konsiderazzjoni c-cirkostanzi kollha li fihom gie kompjut l-att.




Operational Programme 1
CONvErGE connected eGovernment


We use cookies to ensure that we give you the best experience on our website. If you continue without changing your settings, we'll assume that you are happy to receive all cookies. More Info