Reference: 537/1996/1

Judgement Details


Date
25/02/2005
Court
CONSTITUTIONAL
Judiciary
DE GAETANO VINCENT, CAMILLERI JOSEPH D., FILLETTI JOSEPH A.
Parties
GERA DE PETRI TESTAFERRATA BONICI GHAXAQ vs AVUKAT GENERALI U KUMMISSARJU TAL-ARTIJI
ECLI
N/A
Judgement Type
PARTIAL SENTENCE

Keywords / Summary


Keywords
PROVA, PRODUZZJONI TA` PROVI GODDA FL-ISTADJU TA` L-APPELL
Summary
Il-paragrafu (b) tas-subartikolu (1) tal-Artikolu 208 tal-Kap. 12 jiddisponi li:

208. (1) Ebda xhud li ma jkunx ingieb fil-qorti ta' l-ewwel grad, ma jista' jingieb fl-appell, hlief -

...

(b) meta, bil-gurament jew b'mezzi ohra, jigi ppruvat li l-parti li trid iggib ix-xiehda ta' dak ix-xhud ma kinitx taf biha, jew ma setghatx, bil-mezzi li taghti l-ligi, iggib dak ix-xhud fil-qorti ta' l-ewwel grad;

Dan is-subinciz huwa intiz ghal dawk il-provi li kienu jezistu fiz-zmien meta l-kawza kienet quddiem il-qorti ta' l-ewwel grad izda li, jew il-parti ma kienitx taf bihom, jew ma setghetx bil-mezzi li taghti l-ligi - jigifieri minhabba xi impediment legali - iggibhom akonjizzjoni ta' dik il-Qorti ta' l-ewwel grad.

Hawnhekk saret talba sabiex issir prova ta'bdil fic-cirkostanzi wara li inghatat is-sentenza tal-Prim' Istanza.

Il-Qorti ta' l-Appell, bhala qorti ta' revizjoni, hi msejha principalment biex tara jekk l-ewwel Qorti, bil-provi li kellhaquddiemha - u li, bhala regola, ikunu provi li jirreferu ghal fatti kif kienu meta gie intavolat ir-rikors promotur - kienitx korretta, legalment u/jew fattwalment li tasal ghall-konkluzjoni li effettivament waslet ghaliha. Huwa veru li jista' eccezzjonalment ikun hemm fatti u cirkostanzi li javveraw ruhhom wara d-data tar-rikors promotur, u xi minn daqqiet anke wara d-data tas-sentenza ta' l-ewwel grad, li jistghu jincidu materjalment fuq l-ezitu tal-kawza, izda provi godda dwar dawn il-fatti ucirkostanzi ghandhom, se mai, jigu kkunsidrati taht il-paragrafu (d) tal-imsemmi subartikolu 1 tal-Artikolu 208, u mhux taht il-paragrafu (b).

Pero` r-regola tibqa' li dak li jrid jigi ppruvat mir-rikorrent jew mill-attur biex jirnexxi hija s-sitwazzjoni kif kienet fil-mument tal-presentatatar-rikors promotur, u mhux dak li gara wara, wisq anqas dak li gara wara li tkun inghatat is-sentenza appellata. Dan huwa wkoll is-sens ta', u l-ispirtu wara, il-paragrafu (b) tas-subartikolu (1) tal-Artikolu 206, li jipprovdi li "Meta smigh tal-kawza jinghalaq ma tista' tinghata l-ebda xiehda ohra, hlief ghal raguni gusta u bil-permess tal-qorti." Il-buon sens jiddetta li ghandu jkun hemm terminu ghall-presentata tal-provi, u mhux kollox jibqa' "open ended".




Operational Programme 1
CONvErGE connected eGovernment


We use cookies to ensure that we give you the best experience on our website. If you continue without changing your settings, we'll assume that you are happy to receive all cookies. More Info