Referenza: 7/2004

Dettalji tas-Sentenza


Data
23/02/2005
Qorti
OF APPEAL (CIVIL, INFERIOR)
Ġudikatura
SCIBERRAS PHILIP
Partijiet
BORG MARY vs DIRETTUR TAS-SIGURTA' SOCJALI
ECLI
N/A
Judgement Type
FINAL JUDGEMENT

Kliem Ewlieni / Fil-Qosor


Kliem Ewlieni
ATT DWAR IS-SIGURTA` SOCJALI, KALKOLU TAL-MEZZI GHALL-KWALIFIKA GHALL-BENEFICCJI SOCJALI
Fil-Qosor
Fil-kalkolu tal-mezzi biex persuna tkun intitolata tirreklama, jew tkompli tircievi, beneficcju socjali kull proprjeta` jew dhul ghandhom jinkludu kull proprjeta` jew dhul li xi membru tal-familja kien direttament jew indirettament cahhad lilu nnifsu minnhom sabiex ikollu jedd ghall-ghajnuna ghal Mard jew sabiex jikseb rata aktar vantaggjuza. Dan ma jfisserx illi l-applikant jew beneficcjarju jrid ikun xjenti li dak li ghamel kien mahsub biex icahhad lilu nnifsu. Jekk b' dak li ghamel indirettament cahhad lilu nnifsu dan jitqies sufficcjenti biex tigi cessata lilu l-assistenza u ggieblu d-dekadenza mid-dritt li jissokta jippercepixxi d-dritt ghall-beneficcju lilu inizzjalment approvat.

Mhux konsentit lil hadd illi taht skuza jew ohra jqieghed ruhu f' sitwazzjoni, anke kieku stessmhux sempliciment simulata, ta' minorata solvibilita` apparenti biex minn fuq jippretendi b' jedd l-ezercizzju tad-drittijiet tieghu bis-semplici invokazzjoni tal-ligi li turi x' inhi l-iskala li kellha tiggwida lil min kellu jipprestalu l-beneficcju. Din certament mhix imgieba ta' bonus paterfamilias li hu kellu maggorment ihares u josserva gjaladarba f' dawn id-dati kazijiet hemm involut l-interess tal-komunita` in generali u ta' dawk kollha fis-socjeta` li jgorru fuq spallejhom il-pizijiet tat-taxxi u tal-kontribuzzjonijiet tas-sigurta` socjali.




Programm Operattiv 1
CONvErGE connected eGovernment


Dan is-sit jagħmel użu mill-cookies biex jiggarantilek l-aħjar esperjenza. Jekk ma tbiddilx is-settings tiegħek, nifhmu li qed taċċetta l-użu tal-cookies b’mod awtomatiku. Iktar Informazzjoni