Reference: 126/2003/1

Judgement Details


Date
28/01/2005
Court
OF APPEAL (CIVIL, SUPERIOR)
Judiciary
DE GAETANO VINCENT, CAMILLERI JOSEPH D., FILLETTI JOSEPH A.
Parties
CALLEJA NOEL ET vs MIDDLE SEA VALLETTA LIFE ASSURANCE
ECLI
N/A
Judgement Type
FINAL JUDGEMENT

Keywords / Summary


Keywords
KONTUMACJA, GUSTIFIKAZZJONI GHAL - KONTUMACJA, PRINCIPJI REGOLATURI - KONTUMACJA, RATIO TAL-ISTITUT
Summary
L-istitut tal-kontumacja minn dejjem kien suggett ta' kontroversja. Dan hu hekk minhabba l-fatt lil-effetti tieghu - ta' natura punittiva - huma odjuzi. L-istitut tal-kontumacja huwa msejjes fuq il-presuppost li l-imharrek, bin-nuqqas tieghu li jwiegeb ghax-xilja u t-talba tal-parti attrici, ikunwera dispett lejn is-sejha tal-Qorti biex jidher quddiemha, liema dispett il-ligi thares lejh bhalaghemil li jisthoqqlu piena - dik li ma jkunx jista' jindahal fit-tressiq ta' provi billi dan jammonta ghal forma ta' dizordni socjali.

Ghal bidu, l-aspett punittiv konsistenti fl-eskluzjoni tal-konvenut milli jipprezenta nota ta' eccezzjonijiet kien jigi adoperat ad unguem minn dawn il-Qratiizda, tenut kont ta' cirkostanzi varji li kienu jindikaw u jesigu mitigazzjoni fir-regoli tal-procedura, l-istess Qrati bdew, fil-kazi fejn ikun hekk indikat u fl-ahjar sens ta' gustizzja, "ixellfu"din ir-rigidita` u dan sewwa sew minhabba l-effett irriversibbli li l-kontumacja kienet iggib maghha. Fil-fatt jirrizulta li l-Qrati taghna iddecidew li r-rigorozita` tal-procedura ghandha tigi mitigata fis-sens li fejn il-Qorti tkun sodisfatta li ma kien hemm ebda nuqqas volut min-naha tal-persuna mharrka li jista' jammonta ghal htija, m'ghandu jkun hemm l-ebda diffikulta` li l-kontumacja titqies bhala wahda gustifikata.

Mal-milja taz-zmien anke l-legislatur hass il-bzonn li jintroduciemendi ghal dan l-istatut - hekk ara l-Att XXIV tal-1995 b'referenza ghall-Artikolu 158 tal-Kap. 12. Iz-zmien ghall-prezentata ta' nota ta' eccezzjonijiet gie estiz ghal ghoxrin jum u fil-kaz ta' kontumacja nghatat anke l-possibilita` ta' prezentata ta' nota ta' osservazzjonijiet - in omagg tal-principju ribadit fil-gurisprudenza kostanti taghna li mqar jekk f'istat ta' kontumacja, il-parti mharrka kellha titqies bhala wahda li qeghda tirrimetti ruhha ghall-gustizzja tal-Qorti u b'ebda mod mahi qed tammetti t-talba.

Sfortunatament gara wkoll li maz-zmien il-flessibilita` li bdiet turi l-Qorti skond il-kaz, dejjem fl-interess tal-gustizzja, waslet ghal certa nuqqas ta' uniformita` uf'certi kazi anke waslet ghal decizjonijiet inkongruwi ghal xulxin.

Il-Qorti ta' l-Appell b'din is-sentenza ipprovat tikkristallizza l-principji applikabbli fil-kontumacja sabiex tinholoq unformita`:

1. Il-kontumacja ma tistax tigi ritenuta gustifikata jekk kienet volontarja;

2. Lanqas tista' tigi gustifikata jekk kienet almenu kolpuza;

3. Biex ikun hemm lok ghall-gustifikazzjoni hemm bzonn li tigi pruvata kawza gusta;

4. Din il-kawza gusta ghandha tkun tikkonsisti f'impediment legittimu;

5. L-impediment, biex ikun legittimu, ghandu jkun indipendentimill-volonta` tal-kontumaci;

6. L-izball m'hux impediment legittimu jekk ma jkunx zball invincibbli, ghaliex jekk ikun vincibbli, allura jigi ekwiparat ghall-kolpa;

7. Dan l-impediment legittimu jista' jkun, kif intqal, "una necessita' impellente di chiamata ad altri doveri imprescindibili";

8. L-impossiblita' li wiehed jidher ghas-subizzjoni jew almenu d-diffikulta` gravi, biex tista' tikkostitwixxi impediment legittimu ghandha tkun fizika, u eccezzjonalment biss tista' tkun morali.

Gustifikazzjoni merament bazata fuq il-prezenza tal-parti mharrka fl-ewwel appuntament tal-kawza m'huwiex bizzejjed bhala turija li ma hemmx dispett jew kontumacja lejn l-awtorita` gudizzjarja. Dik il-prezenza ta' l-imharrek - fatt fih innifsu pozittiv - hija invece mehtiega bhalaparti mill-indagni li tkun trid issir mill-Qorti biex tistabilixxi jekk kienx hemm tassew "kawza gusta" jew le. Dan hu hekk ghar-raguni li l-gustifikazzjoni ta' kontumacja ghandha tibqa' titqies bhala eccezzjoni ghar-regola li l-imharrek hu tenut li jwiegeb bil-miktub b'nota fiz-zmien stipulat fil-Kodici ta' Organizzazzjoni u Procedurali Civili, u bhala tali l-eccezzjoni m'ghandha qatt tipprevaliu tissupera dik li hija r-regola.

Is-semplici indikazzjoni lill-attur da parti tal-konvenutli kien ser jikkontesta t-talba mhux sufficjenti sabiex tigi gustifikata l-kontumacja.




Operational Programme 1
CONvErGE connected eGovernment


We use cookies to ensure that we give you the best experience on our website. If you continue without changing your settings, we'll assume that you are happy to receive all cookies. More Info