Referenza: 82/2004

Dettalji tas-Sentenza


Data
28/01/2005
Qorti
OF CRIMINAL APPEAL (INFERIOR)
Ġudikatura
SCICLUNA DAVID
Partijiet
DALLI JOHN ONOR. vs GHIRXI FRANCIS
ECLI
N/A
Judgement Type
FINAL JUDGEMENT
Kawża Llinkjata
N/A

Kliem Ewlieni / Fil-Qosor


Kliem Ewlieni
BUON ORDNI U PACI PUBBLIKA, TIXRID TA` AHBARJIET FOLOZ - DRITTIJIET FONDAMENTALI TAL-BNIEDEM, BILANC BEJN LIBERTA` TA` ESPRESSJONI U DRITTIJIET TAL-PRIVAT - LIBELL, PUBBLIKAZZJONIJIET TA` RAPPORTI TA` PROCEDIMENTI F`QORTI TAL-GUSTIZZJA F`MALTA - OPINJONI PUBBLIKA, TIXRID TA` AHBARJIET FOLOZ
Fil-Qosor
Ghal dak li ghandu x'jaqsam ma' tixrid ta' ahbarjiet foloz illi "jistghu jallarmaw l-opinjoni pubblika, jew jiddisturbaw il-bon ordni jew il-paci pubblika", inghad illi ghandu jigi immedjatament avvertit li b'dawk il-kliem ma jistax wiehed jifhem semplicement li bil-pubblikazzjoni tan-notizzja falzjkun hemm fil-kollettivita` tan-nies is-sens li hi perikolata s-sikurezza u t-trankwillita` taghhom.Kull reat jilledi tabilfors l-ordni pubbliku; u r-repressjoni tieghu hi appuntu ntiza, minbarra ghal finalitajiet ohra, sabiex fil-kollettivita` tan-nies tigi ristabbilita l-opinjoni tas-sikurezza ligiet turbata. Dawn il-kliem ikollhom sens li jmur aktar 'l hemm minn dan is-sens generali li hu komuni ghar-reati kollha.

Il-Qorti ghandha tkun perswaza illi, bhala konsegwenza tan-notizzja falza, seta' kien hemm lok ghal certa eccitazzjoni ta' passjonijiet, certa ezasperazzjoni ta' rankuriu nklinazzjonijiet hziena, certu incitament ghall-ksur tal-ligi, jew, kif jinghad fit-testi antiki inglizi, 'occasion for discord', li minhabba f'hekk jista' jkun hemm 'an apprehended breach of the peace'. Dan hu s-sens ta' dawk il-kliem.

Huwa ovvju li l-Qorti ghandha tara jekk in-notizzja 'de qua', dak il-mument tal-pubblikazzjoni taghha, kellhiex 'fiha nnifisha' l-attitudini li ggib l-effett fuq indikati; u ghalhekk il-Qorti ghandha tipprexxindi milli tikkunsidra l-passi li talvolta hadu l-Pulizija biex jigu skongurati dawk it-temuti effetti.

Il-privilegg moghti lil pubblikazzjoni ta' rapporti ta' procedimenti f'qorti ta' gustizzja ma japplikax ghal dokument li kien ghadu magiex prezentat il-Qorti bhala prova.

Ghalkemm huwa veru li l-Artikolu 10 tal-Konvenzjoni Ewropea jiggarantixxi d-dritt ghal-liberta ta' espressjoni (liema dritt jinkludi l-liberta` li wiehed ikollu opinjonijiet u li jircievi u jaghti informazzjoni u ideat minghajr indhil mill-istat), l-istess artikolu jaghmilha cara li l-ezercizzju ta' dawn il-libertajiet igib mieghu wkoll dmirijiet u responsabbiltajiet, u ghalhekk hemm ir-restrizzjoni, mehtiega f'socjeta` demokratika, "ghall-protezzjonitar-reputazzjoni jew drittijiet ta' haddiehor". Fl-ahhar mill-ahhar il-problema hi dejjem dik li wiehed irid isib bilanc gust bejn id-dritt ghal-liberta` ta' espressjoni u d-dritt li wiehed ma jigixmalafamat, anke jekk wara mewtu. Ma hemmx dubju wkoll li, bhala regola, min jirriproduci fatti veridwar persuni fil-hajja pubblika jew dwar materja ta' interess pubbliku (matters of public concern) umin jesprimi opinjonijiet (value judgements) dwar dawk il-fatti jew dwar dik il-materja m'ghandux jigi ccensurat, ghax wiehed ghandu normalment jassumi li l-pubblikazzjoni ta' dawk il-fatti u l-espressjoni ta' dawk l-opinjonijiet tkun saret purament fl-interess pubbliku u mhux b'xi motiv ulterjuri(diffamatorju).




Programm Operattiv 1
CONvErGE connected eGovernment


Dan is-sit jagħmel użu mill-cookies biex jiggarantilek l-aħjar esperjenza. Jekk ma tbiddilx is-settings tiegħek, nifhmu li qed taċċetta l-użu tal-cookies b’mod awtomatiku. Iktar Informazzjoni