Reference: 2691/1997/1

Judgement Details


Date
28/01/2005
Court
CIVIL COURT, FIRST HALL
Judiciary
CUSCHIERI NOEL
Parties
FARRUGIA MARK ET vs WILLIAMS MICHAEL ARTHUR ET NOE
ECLI
N/A
Judgement Type
FINAL JUDGEMENT

Keywords / Summary


Keywords
BEJGH, DEFINIZZJONI TA` DIFETT - BEJGH, DIFETT MOHBI - PROVA, META RAPPORT PERITALI JISTA` JIGI SKARTAT - PROVA, RAPPORT PERITALI
Summary
L-oneru tal-prova tad-difett latenti kif koncepit fil-ligi taghna tirrisjedi fuq l-atturi li ghandhom l-obbligu li adegwatament jipprovaw l-premessi tieghu, almenu fuq bazi ta' probabbiltajiet, kif ukoll li f' kaz li jibqa' jippersisti d-dubbju ragjonevoli, tali dubbju ghandhu jmur favur il-konvenuti u japplikaw il-massimi legali li onus probandi incumbit ei qui dicit non ei qui negat, u li, jekktali prova ma ssirx, actore non probante reus absolvitur.

In-nozzjoni ta' "difett" ghall-finijiet ta' dan l-artikolu gie defenit mill-Qrati lokali bhala li jikkomprendi "kull annormalita' jew imperfezzjoni, u kull gwast jew avarija li tigi riskontrata fil-haga u li, aktar jew anqas, tnehhilhal-attitudini ghall-uzu jew l-bonta' jew l-integrita' taghha" Il-vizzji jew id-difetti jridu jkunu gravi, okkulti u pre-ezistenti.

Wiehed mill-ingredjenti li ghandu jirrikorri sabiex tirnexxil-actio aetimatoria huwa li d-difetti li minnhom hemm ilment ikunu "ma jidhrux" ossia latenti. Fi kliem iehor, id-difetti jridu jkunu tali li anki b' ezami serju u mghamul bid-diligenza normali, xorta wahda tkun tesisti l-impossibilita' li jigu skoperti.

Ghalkemm ir-rapport tekniku huwa kontrollabbli mill-gudikant bhal kull prova ohra u l-Qorti mhix tenuta li taccetta l-konkluzzjonijiet peritali kontra l-konvinzjoni taghha, il-giudizzio dell'arte kif espress mill-perit tekniku m'ghandhuxjigi skartat sakemm ma jkunx jidher sodisfacentement illi l-konkluzzjonijiet peritali huma, fil-kompless kollu tac-cirkostanzi rragjonevoli. Il-Qorti m' ghandhiex tiskarta il-konkluzzjonijiet tal-espert, specjalment fuq materja purament teknika, b' mod legger jew kappricciuz. Il-konvizjoni kuntrarja taghha ghandha tkun "informata u bbazata fuq ragunijiet li gravament ipoggu fid-dubju dik l-opinjoni teknika".




Operational Programme 1
CONvErGE connected eGovernment


We use cookies to ensure that we give you the best experience on our website. If you continue without changing your settings, we'll assume that you are happy to receive all cookies. More Info