Reference: 33/2004/1

Judgement Details


Date
13/01/2005
Court
CIVIL FIRST HALL (CONSTITUTIONAL JURISDICTION)
Judiciary
MICALLEF JOSEPH R.
Parties
X vs AVUKAT GENERALI ET
ECLI
N/A
Judgement Type
FINAL JUDGEMENT

Keywords / Summary


Keywords
ARTIKOLU 6 TAL-KONVENZJONI EWROPEJA GHALL-PROTEZZJONI TAD-DRITTIJIET TAL-BNIEDEM - ARTIKOLU 8 TAL-KONVENZJONI EWROPEJA GHALL-PROTEZZJONI TAD-DRITTIJIET TAL-BNIEDEM - PROCESS GUDIZZJARJU - SMIGH FIL-PUBBLIKU
Summary
Din hija azzjoni li biha l-parti rikorrenti qeghda tghid li qeghda ggarrab ksur tal-artikolu 8 tal-Konvenzjoni Ewropeja ghall-Protezzjoni tad-Drittijiet tal-Bniedem bil-fatt li (a) l-intimat Diretturtar-Registru Pubbliku ma laqax talba biex l-Att tat-Twelid tal-istess rikorrenti jigi mibdul biex jirrifletti s-sess (“gender”) miksub wara intervent kirurgiku li bih is-sess attwali taghha ma baqax jaqbel mas-sess dikjarat fl-imsemmi Att tat-Twelid taghha u (b) l-ligi Maltija ma tahsibx ghall-htigijiet ta' persuni transesswali u ma taghrafhomx ghall-finijiet u effetti kollha billi ma taghtihomx id-drittijiet kollha li l-istess ligi taghti lil persuni mwielda b'dak is-sess.

F'xi zmien matul l-2004, sar intervent kirurgiku fuq il-parti rikorrenti barra minn Malta li permezz tieghu sehh process shih ta' bidla ta' sess taghha. Dan il-process irnexxa fis-sens li l-persuna saret fenotipikament mara b'organi genitali ta' mara u bil-possibilita' li tagixxi sesswalment bhala mara. Fuq kollox, jirrizulta li l-imsemmi process huwa wiehed li ma jistax jitregga' lura. Madankollu, l-interventkirurgiku biss ma solviex il-problemi tal-parti rikorrenti, ghaliex ghalkemm issa d-dehra taghha hija dik ta' mara, ghad baqa' l-problema li t-taghrif muri dwarha fid-dokumenti ufficjali ma jaqbel xejn mad-dehra taghha. Il-pregudizzju mgarrab mir-rikorrenti ghadu ghalhekk wiehed attwali.

It-talba tar-rikorrenti hija fis-sens li l-ligi ta' Malta ma tipprovdix ghall-htigijiet ta' persuni transsesswali u li dan in-nuqqas jikkostitwixxi ksur tal-Artikolu 8 tal-Konvenzjoni fir-rigward ta' persuni bhal dawn. Minbarra dan, il-fatt li l-intimat Direttur tar-Registru Pubbliku ma laqax talba biex jaghmel bidliet fl-Att tat-Twelid tal-parti rikorrenti biex id-dehra ta' barra taghha u t-taghrifmuri dwarha fl-istess Att ikunu jaqblu qieghed ikun ghajn ta' pregudizzju lill-istess rikorrenti fil-kuntatti ta' hajja civili ta' kuljum ma' terzi persuni.

Bosta decizjonijiet tal-ahhar zminijiet tal-oghla Qorti Maltija f'vesti kostituzzjonali stabilew sensiela bla mittiefsa ta' dikjarazzjonijiet li kollha qiesu li persuna fic-cirkostanzi tal-parti rikorrenti kienet qeghda ggarrab tassew ksur tal-Artikolu 8 tal-Konvenzjoni, billi l-imsemmi Artikolu ma jorbotx biss lill-Istat milli ma jindahalx fl-ghazla tal-ghamla ta' hajja personali u privata ta' persuna, imma jobbliga lill-istess Stat biex attivament jiehu mizuri li jiggarantixxu u jharsu r-rispett lejn l-ghazla ta' hajja privata tal-persuna. Fuq kollox, l-istess sentenzi stabilew ukoll li kien mehtieg li jinghata rimedju, ankejekk wiehed limitat u temporanju, biex tittaffa kemm jista' jkun il-qaghda mweghra li sabu rwiehhomfiha persuni hekk milquta.

Jinsab stabilit li persuna li tressaq azzjoni bhal din trid tissodisfa zewg elementi, u jigifieri (a) li l-kaz taghha huwa wiehed genwin, u li (b) l-bidliet li sehhewmatul is-snin u bl-interventi kirurgici jkunu irriversibbli. Fil-kaz prezenti, l-Qorti ma ghandhal-ebda dubju li l-parti rikorrenti sehhilha tissoddisfa l-imsemmija zewg elementi. Min-naha l-ohra,l-intimati ma ippruvaw bl-ebda mod jikkontestaw jew ixellfu l-provi mressqin mir-rikorrenti jew jitfghu xi dubju dwar is-siwi ta' dak li l-istess provi juru.

Il-Qorti tasal ghall-fehma li t-talbiet tar-rikorrenti huma misthoqqa u ghandhom jintlaqghu.

Il-Qorti tqis li l-process gudizzjarju huwa, min-natura tieghu, wiehed pubbliku u l-pubblicita' ta' tali proceduri hija regola fondamentali li titnaqqar biss jekk hekk jigi mod iehor stabilit b'ligi espressament. Il-principju ta' smigh fil-pubbliku jew miftuh ghall-pubbliku huwa sahansitra jedd tal-persuna garantit taht l-artikolu6 tal-Konvenzjoni, bhalma l-istess artikolu jipprovdi wkoll ghall-jedd tal-ghoti tas-sentenza pubblikament. Dan jghodd kemm ghal proceduri civili kif ukoll dawk ta' ghamla jew xejra kriminali. Madankollu, l-imsemmi artikolu jipprovdi ghal certi restrizzjonijiet fl-interess tal-morali, l-ordni pubbliku, is-sigurta' nazzjonali jew meta l-interessi tal-minuri jew il-harsien tal-hajja privata tal-partijiet hekk jehtiegu.

Il-Qorti tifhem il-preokkupazzjoni tar-rikorrenti li, safejn possibbli,ma jkunx hemm pubblicita' aktar milli mehtieg tal-fatti jew cirkostanzi partikolari jew dettalji lijistghu jissarrfu f'indhil u pregudizzju lir-rikorrenti. Ghalhekk, fil-waqt li qeghda tipprovdi dwar l-imsemmija talba ghad-divjet tal-pubblikazzjoni billi tichad l-istess talba ghaliex mhix misthoqqa fid-dritt, qeghda tordna lir-Registratur li jizgura li t-taghrif li jista' jidentifika lill-partirikorrenti ghandu jithalla barra minn kull kopja tas-sentenza li tista' tintalab minn terza persuna, u dan jghodd ukoll ghat-tqeghid jew tqassim ta' din is-sentenza jew dettalji dwarha fuq mezzi elettronici jew siti tal-internet.

Ghaldaqstant din il-Qorti tiddikjara li l-fatt li l-ligi Maltija ma tipprovdix ghall-htigijiet ta' transesswali jikkostitwixxi ksur tal-Artikolu 8 tal-Konvenzjoni fil-konfront tal-istess rikorrenti, tordna lill-intimat Direttur tar-Registru Pubbliku sabiex fl-Att tat-Twelid tar-Rikorrenti li jgib in-numru progressiv (omissis), taht l-intestatura “Isem il-wild” il-kelma “(omissis)” titnehha u jitnizzlu minflokha l-kliem “(omissis)”, filwaqt li fil-kolonna intestata “Sess” il-kelma “male” tinbidel bil-kelma “female”, filwaqt li tordna wkoll lill-istess intimat sabiex fl-imsemmi Att tat-Twelid jaghmel annotazzjoni biex jirregistra li t-tibdil imsemmi qieghed isir bis-sahha ta' din is-sentenza.




Operational Programme 1
CONvErGE connected eGovernment


We use cookies to ensure that we give you the best experience on our website. If you continue without changing your settings, we'll assume that you are happy to receive all cookies. More Info