Reference: 64/2002/1

Judgement Details


Date
12/01/2005
Court
OF APPEAL (CIVIL, INFERIOR)
Judiciary
SCIBERRAS PHILIP
Parties
REFALO MARGUERITE vs JB HOLDINGS LTD
ECLI
N/A
Judgement Type
FINAL JUDGEMENT

Keywords / Summary


Keywords
LOKAZZJONI, GUSTIFIKAZZJONI GHAL MOROZITA` FIL-HLAS TAL-KERA - LOKAZZJONI, META L-INKWILIN JISTA` JZOMM IL-KERA
Summary
Premessi dawn il-fatti, huwa ben assodat illi f' materja ta' morozita "jispetta lis-sid li jipprovab' mod definit u bla dubju ragonevoli mhux biss li jkun ghamel interpellazzjonijiet skond il-ligi uli dawn waslu ghand l-inkwilin imma wkoll li l-inwklin ikun baqa' inadempjenti".

Dan ghar-raguni illi "il-morozita tal-kera ma kellhiex titqies fl-astratt imma fir-realta` tas-sitwazzjoni fejnl-inkwlin jonqos li jhallas dak li hu minnu dovut versu s-sid li jkun preparat li jaccetta".

Tezisti raguni logika-guridika illi biex l-inkwilin ma jaqax fis-sanzjoni tal-ligi ghax "ma jkunx hallas puntwalment il-kera li kellu jaghti" [Artikolu 9(a), Kapitolu 69], iridu jirrizultaw cirkustanzi li jiggustifikaw l-atteggjament ta' l-inkwilin fin-nuqqas tieghu li josserva l-obbligi tieghu skond il-ligi.

Jekk tali cirkostanzi ma jkunux jezistu xejn ma jsalva lill-inkwilin milli jiddekadi mid-dritt tieghu biex tigi lilu mgedda l-lokazzjoni;

L-Artikolu 1543 tal-Kodici Civili jiddisponi li:

"Il-kerrej jista', minghajr ma jkunu jinhtiegu proceduri bil-qorti, jaghmel bi spejjez ta' sid il-kera, dawk it-tiswijiet, li n-nuqqas jew dewmien taghhom, jista' jkun ghalih ta' hsara kbira; u f' dan il-kaz, jista', biex jithallas lura, izomm il-kera bhal ma jinghad fl-artikolu 1541;

Izda, l-kerrej ghandu mill-aktar fis li jista' jkun, igharraf b' dan lil sid il-kera u jaghtih rapport ta' perit dwar il-htiega tal-ghaggla ta' dawk it-tiswijiet u l-hsara li jista' jgib id-dewmien;

Izda wkoll, sid il-kera ghandu l-jedd jissokta t-tiswijiet illi jkunu nbdew taht id-disposizzjonijiet ta' dan l-artikolu."

Jitnissel minn dan id-dispost illi dak li jintitolalill-kerrej izomm il-kera ghandu konnessjoni diretta man-natura tat-tiswijiet. Tiswijiet dawn li kif jinghad fin-nota marginali "ma jridux dewmien";

Jekk hu il-kerrej jibqa' jippersisti li ghandu dritt jikkompensa dak il-kera ma' dak li jippretendi li ghandu jiehu, u ntant ma jhallasx ghal zewg skadenzi sa 15-il gurnata wara li jigi mitlub biex ihallas, huwa jinkorri f' dik il-morozita litaghti dritt lil-lokatur li jirrikorri quddiem il-Bord tal-Kera biex jiehu taht idejh il-fond minghand dak il-kerrej.




Operational Programme 1
CONvErGE connected eGovernment


We use cookies to ensure that we give you the best experience on our website. If you continue without changing your settings, we'll assume that you are happy to receive all cookies. More Info