Reference: 209/2003/1

Judgement Details


Date
12/01/2005
Court
OF APPEAL (CIVIL, INFERIOR)
Judiciary
SCIBERRAS PHILIP
Parties
GALEA VINCENT vs PISANI ANTHONY ROBERT
ECLI
N/A
Judgement Type
FINAL JUDGEMENT

Keywords / Summary


Keywords
ECCEZZJONIJIET, INKOMPETENZA - TISTA` TIGI SOLLEVATA EX UFFICIO - ECCEZZJONIJIET, INKOMPETENZA GHANDHA TIGI SOLLEVATA EX UFFICIO - KOMPETENZA, QORTI TAL-MAGISTRATI - KAWZI TA` ZGUMBRAMENT - ZGUMBRAMENT, KOMPETENZA RATIONAE MATERIAE - ZGUMBRAMENT, KOMPETENZA TAL-QRATI INFERJURI
Summary
Fl-ghoti tas-sentenza l-qorti trid toqghod fil-limiti tal-kontestazzjoni, hi ghandha kull dritt li tirrileva ex officio kwestjonijiet ta' ordni pubbliku. Huwa fatt li l-kompetenza ratione materiae hita' ordni pubbliku u, kif deciz, "il-Qorti tista', anzi ghandha d-dover li tissolleva l-eccezzjonita' nkompetenza ratione materiae anke ex officio".

Huwa veru li l-Artikolu 47 (3) jimponi limitazzjoni espressa fil-kompetenza tal-Qorti nferjuri izda l-istess artikolu jaghmel car illi dik il-limitazzjoni tirrigwarda biss azzjonijiet dwar "proprjeta` ta' beni immobbli, servitujiet, pizijietjew jeddijiet ohra mghaqqdin ma' l-immobbli". Ma kienetx allura testendi ruhha ghal kawzi ta' zgumbrament fejn sid wara li kien ta l-kongedo lill-inkwilin talab l-izgumbrament tieghu.

Kif korrettement rilevat mill-appellanti hu l-Artikolu 48 li jghodd ghal kaz. Dispost dan li jaghti s-setgha lill-Qorti tal-Magistrati (Malta) "tiddeciedi kull talba ta' zgumbrament, jew tkeccija minn beni immobbli, sew bini kemm raba, mikrija jew li qeghdin fihom persuni li joqoghdu jew li ghandhom ir-residenza taghhom ordinarja ..." purke s' intendi l-valur ta' l-oggett in kawza ossija s-somma tal-kerama taccedix il-hamest elef lira.

Il-ligi qed tikkontempla sitwazzjoni mhux biss fejn konvenut ikun qed jokkupa fond bhala r-residenza tieghu minghajr titolu, imma wkoll fejn hu ikun hekk qed jokkupah b' titolu ta' kera. Naturalment, dipendenti min-natura tal-kirja u taz-zmien li fih inholoqir-rapport lokatizju, dik il-kompetenza li kienet prima facie tal-qorti tista' tigi nieqsa jew ticcessa jekk il-kirja tinsab li qeghda fil-fazi tar-rilokazzjoni bis-sahha tal-Kapitolu 69 tal-Ligijiet. Hekk ukoll pero` dik l-istess kompetenza tista' tikkontinwa jekk il-kirja tkun regolata bil-ligikomuni taht il-Kodici Civili, jew regolata b' xi ligi ohra specjali li ma hijiex l-Ordinanza dwar it-Tigdid tal-Kiri ta' Bini. Ad exemplum il-Kapitolu 158 jew l-Att XXXI ta' l-1995 li jirregola dawkil-kirjiet li saru "on or after the 1st June, 1995";

L-indagini tal-Qorti biex tasal ghal konkluzjoni dwar il-kompetenza taghha kellha allura tinvesti x-xorta ta' ftehim u jekk dan hu wiehed ta' kera tghaddi biex tapplika ghalih il-ligi li tirregola kirja bhal din.




Operational Programme 1
CONvErGE connected eGovernment


We use cookies to ensure that we give you the best experience on our website. If you continue without changing your settings, we'll assume that you are happy to receive all cookies. More Info