Reference: 709/2000/1

Judgement Details


Date
12/01/2005
Court
OF APPEAL (CIVIL, INFERIOR)
Judiciary
SCIBERRAS PHILIP
Parties
FELICE ANTON AV DR ET vs APLAN LIMITED
ECLI
N/A
Judgement Type
FINAL JUDGEMENT

Keywords / Summary


Keywords
BEJGH, DEFINIZZJONI TA` DIFETT - BEJGH, ESKLUZJONI TAL-GARANZIJA GHAL-DIFETTI MOHBIJA - BEJGH, SERJETA` TAD-DIFETT MOHBI
Summary
Jinsab preskritt fl-Artikolu 1408 tal-Kodici Civili illi l-bejjiegh hu tenut b' obbligu li jiggarantixxi l-oggett mibjugh "ghad-difetti li ma jidhrux fil-haga". B' aktar precizazzjoni l-Artikolu 1424jipprovdi li, "il-bejjiegh hu obbligat jaghmel tajjeb ghad-difetti li ma jidhrux fil-haga mibjughailli jaghmluha mhux tajba ghall-uzu li ghalih hija mahsuba, jew li jnaqqsu daqshekk il-valur taghhailli x-xerrej ma kienx jixtriha jew kien joffri prezz izghar, li kieku kien jaf bihom";

Jemergi minn dan illi l-garanzija li l-venditur ghandu jaghti lill-kompratur hija ghall-vizzji jew difetti gravi, mohbija u pre-ezistenti;

Skond interpretazzjoni li tidher pjuttost pacifika l-mizuratal-gravita hi determinata minn zewg kriterji: dak obbjettiv konsistenti fl-assoluta inettitudini tal-haga li sservi ghall-uzu li ghalih hi destinata jew fis-semplici diminuzzjoni ta' dak l-uzu; l-iehor subbjettiv konsistenti mill-intenzjoni personali tax-xerrej li, kieku kien jaf bil-vizzju, jew ma kienx ikun dispost li jixtri l-oggett jew, jekk dispost, ma kienx izda joffri l-prezz pattwit.

Kif ahjar imfisser, "f' kawza fejn tigi ezercitata l-azzjoni redibitorja l-prova li d-difett tal-haga mibjugha kien jezisti qabel il-bejgh tinkombi lix-xerrej li jallega dak id-difett. Ghax wahdamill-kondizzjonijiet ta' l-azzjoni redibitorja u l-bazi tal-garanzija hija l-pre-ezistenza tad-difett. Ghaldaqstant sakemm il-venditur jillimita ruhu jikkontesta l-vizzju ma ghandux bzonn jaghmel ebda prova."

Ferma din l-enuncjazzjoni, jinsab pero` wkoll affermat illi "x-xerrej mhux tenut jaghmel prova specifika tad-difett li kellu l-oggett minnu mixtri; u bizzejjed li jipprova li l-oggett ma kienx tajjeb ghall-uzu tieghu". Prova din li trid tkun tali li tikkonvinci lill-gudikant;

Huwa veru li l-Artikolu 1426, Kodici Civili jipprovdi li l-kontraenti jistghu jillimitaw il-garanzija ghal dak minnhom pattwit biss, imma, kif drabi ohra rilevat, "biex ikun hemm limitazzjoni tal-garanzija legali jehtieg li jkun hemm ftehim car li juri dik il-limitazzjoni li biha jkunu kuntenti z-zewg partijiet. Il-fatt li fuq il-garanzija jkunu mnizzlin certi patti ta' garanzija ma huwiex bizzejjed, wahdu, biex jeskludi l-garanziji aktar ampji li taghti l-ligi; ghaliex jehtieg li c-cirkostanzi tal-kaz ikunu juru li l-partijiet fil-fatt riedu u kienu kuntenti b' dik il-limitazzjoni tal-garanzija ghal dak biss li jkun espress fid-dokument b' eskluzjoni tal-garanziji legali, jew inkella lil-kondizzjonijiet tad-dokument ikunu nkonciljabbli mal-garanzija legali".

Gjaladarba dan hu hekk, biex tinghata twegiba lit-tieni aggravju, huwa ritenut illi f' kaz bhal dan "xejn ma jimporta li l-vizzju jista' jigi riparat; dak li jimporta huwa eskluzivament l-istat u l-kondizzjoni tal-hagafil-mument meta din tghaddi ghar-riskju u perikolu tal-kompratur; u min ihallas il-prezz gust ta' haga gdida ma ghandux jigi kostrett jikkuntenta ruhu b' haga msewwija, kbira jew zghira kemm tkun dikit-tiswija".




Operational Programme 1
CONvErGE connected eGovernment


We use cookies to ensure that we give you the best experience on our website. If you continue without changing your settings, we'll assume that you are happy to receive all cookies. More Info