Reference: 635/2002/1

Judgement Details


Date
12/01/2005
Court
OF APPEAL (CIVIL, INFERIOR)
Judiciary
SCIBERRAS PHILIP
Parties
CUSCHIERI MARIO ET vs CILIA ANGELO
ECLI
N/A
Judgement Type
FINAL JUDGEMENT

Keywords / Summary


Keywords
LOKAZZJONI, GHOTI TA` PRODOTT AGRIKOLU FUQ BAZI TA` HBIBERIJA MA JOHLOQX LOKAZZJONI - LOKAZZJONI, NATURA TAL-KORRISPETTIV - TOLLERANZA, DURATA TA` - TOLLERANZA, ELEMENTI TA` - TOLLERANZA, MA TOHLOQ EBDA TITOLU
Summary
Il-korrispettiv tal-kera mhux bilfors irid jikkonsisti fi flus izda jista' jikkonsisti wkoll fi kwantita` determinata ta' derrati jew f' sehem tal-frutti li l-haga tipproduci.

Il-fatt li jinghata prodott agrikolu fuq bazi ta' hbiberija mhux bizzejjed biex johloq kirja.

Min jiddetjeni fuq bazi ta' mera tolleranza m'ghandu ebda titolu hlief il-kunsens tas-sid liema kunsens jista' jigiirtirat fi kwalsijasi mument.

Huwa principju accettat illi l-attijiet ta' pura tolleranza u kortesija ma jistax, u ma ghandhomx, jirridondaw ghad-dannu ta' min ghamel il-koncessjoni. Jew li l-persuna li lilha saret tali koncessjoni, ghax hekk favorita mill-kortesija ta' haddiehor, tapprofitta ruhha u tippretendi li tista' tivvanta drittijiet proprji fuq il-haga moghtija in uzu b' dik l-istess tolleranza. Kif jinsab awtorevolment deciz "it-tolleranza ma tattribwixxi ebda dritt lill-partiwahda; u ebda obbligu konsegwenti u korrispettiv lill-parti l-ohra . u min igawdi minnha ma jkunx qed igawdi bi dritt, ghaliex in-natura taghha ma taqbelx mar-rabta legali li tnissel maghha n-necessita` ta' l-adempiment".

Jinsab precizat, imbaghad, kemm dottrinalment kif ukoll fil-gurisprudenza illi l-atti ta' tolleranza huma dawk li ghandhom insit fihom elementi ta' transitorjeta` u saltwarjeta` u jsibu origini mir-rapport ta' hbiberija, familjarita` u l-buon vicinat. Konsegwentement dawn l-istess atti jincidu b' mod debboli hafna fuq id-drittijiet ta' haddiehor;

Id-durata, anke twila, ta' dawn l-atti tista' biss tintegra fiha element prezuntiv in bazi ghal liema tista' tiginegata s-sussistenza tas-semplici tolleranza. Dan anke ghaliex hu difficli li wiehed jipotizza sitwazzjoni ta' tolleranza li tiehu fit-tul. Dan partikolarment fejn si tratta l-aktar ta' hbiberija umhux rapporti ta' parentela;

Naturalment kollox jiddependi mill-fattispeci tal-kaz partikolari u ma jistax allura jigi ragonat a priori illi t-tul ta' zmien hu dejjem u bilfors indikazzjoni ta' assenza ta' tolleranza.




Operational Programme 1
CONvErGE connected eGovernment


We use cookies to ensure that we give you the best experience on our website. If you continue without changing your settings, we'll assume that you are happy to receive all cookies. More Info