Reference: 1761/2001/1

Judgement Details


Date
14/12/2004
Court
CIVIL COURT, FIRST HALL
Judiciary
MICALLEF JOSEPH R.
Parties
MICELI HELEN SIVE NELLIE ET vs PISANI CARMELO SIVE CHARLES
ECLI
N/A
Judgement Type
FINAL JUDGEMENT

Keywords / Summary


Keywords
DANNI, OKKUPAZZJONI TA` FOND WAQT PROCEDURI GUDIZZJARJI - LOKAZZJONI, MOROZITA` FIL-HLAS TAL-KERA
Summary
Is-sanzjoni radikali u ahharija tat-tkeccija tal-kerrej minn post minhabba n-nuqqas ta' hlas f'waqtutal-kera minnu dovuta hija wahda mehtiega: izda ghandha tigi applikata f'dawk il-kazijiet specifici li l-ligi tridha. Inghad li kull tifsira li tinghata tal-ligi f'dan ir-rigward ghandha tkun restrittiva u, f'kaz ta' dubju, ghandha titfisser favur il-kerrej. Dan ghaliex is-sanzjoni tat-tnehhijau tkeccija ta' kerrej mill-post mikri lilu m'hijiex mahsuba mil-ligi bhala vantagg li s-sid jista'jikseb bhala effett tan-nuqqas ta' hlas tal-kera fiz-zmien miftiehem, imma bhala deterrent biex il-kerrej jigi mhajjar iwettaq l-obbligi tieghu. F'dan id-dawl, ghalhekk, jaqa' fuq is-sid l-obbligu lijipprova b'mod definit u tajjeb bizzejjed kemm il-fatt li jkun talab kif imiss lill-kerrej biex ihallas kera dovut, u wkoll li, minkejja tali talbiet, il-kerrej ikun baqa' inadempjenti;

Huwa accettat li min jokkupa jew izomm ghandu gid ta' haddiehor bla jedd, irid jaghmel tajjeb ghad-danni li jgib b'ghamilu. Minbarra dan, minn kliem il-ligi nnifisha johrog li l-inadempiment kuntrattwali jista' jwassal biex id-debitur ta' obbligazzjoni mhix imwettqa jintalab li jhallas id-danni lill-kreditur ta' dik l-obbligazzjoni;

Tajjeb li jinghad li d-danni li jistghu jinkwadraw ruhhom tahtdin il-kawzali huma dawk imnissla bil-fatt wahdu tal-okkupazzjoni tal-fond li baqghet sejra sa waraz-zmien miftiehem, u mhux ukoll ghal jew dwar xi hsara li setghet saret lill-post matul zamma bhal dik. Huwa minnu li sid li jitlob kumpens ghaz-zmien li gid tieghu kien baqa' mizmum minn haddiehor minghajr jedd generalment jitlob kumpens li jista' jitqabbel mal-kera li sata' baqa' jircievi kieku l-post kien effettivament mikri. Izda dan m'huwiex il-kriterju wahdieni. F'qasam bhal dan, irid ikunhemm "rabta reali" mal-ammont ta' kumpens misthoqq u zgur m'hemmx lok ghal spekulazzjonijiet dwar x'sata' gara mill-post jew kemm kien ikun il-kera xieraq bil-prezz li jgib is-suq;

Il-Qorti maaccettatx il-pretensjoni tal-atturi bhala fondata fid-dritt u fl-ispirtu tal-ligi. Minhabba li l-atturi naqsu li jressqu 'l quddiem xi prova jew taghrif dwar il-qaghda tal-post in kwestjoni, il-Qorti ma kellhiex elementi tajbin bizzejjed biex tasal biex tqis l-ahhar zewg talbiet attrici.




Operational Programme 1
CONvErGE connected eGovernment


We use cookies to ensure that we give you the best experience on our website. If you continue without changing your settings, we'll assume that you are happy to receive all cookies. More Info