Reference: 915/1996/1

Judgement Details


Date
03/12/2004
Court
OF APPEAL (CIVIL, SUPERIOR)
Judiciary
DE GAETANO VINCENT, DEPASQUALE ANTON, MAGRI ALBERT J.
Parties
SAMMUT DARREN vs ZAMMIT ERIC
ECLI
N/A
Judgement Type
FINAL JUDGEMENT

Keywords / Summary


Keywords
DANNI, DISKREZZJONI TAL-QORTI FL-APPLIKAZZJONI TAL-METODU ADOTTAT F`BUTLER V. HEARD - DANNI, KOMPUTAZZJONI TRID TKUN MARBUTA MAR-REALTA` TAL-HAJJA - DANNI, KRITERJI GHALL-KOMPUTAZZJONI TA` QLIEGH FUTUR - DANNI, META D-DANNEGGJAT JIBQA` FL-ISTESS XOGHOL MINKEJJA D-DIZABILITA` LI JKUN SOFRA - DANNI, PAGA MINIMA ARROTONDATA SABIEX TAGHMEL TAJJEB GHALL-INFLAZZJONI
Summary
Il-ligi ma tghid xejn, ghal anqas kif inhi fil-prezent, dwar il-perjodu li ghandu jigi applikat ghalfini tal-'multiplier' u anqas u anqas ma tghid xejn dwar il-hajja lavorattiva tad-danneggat. Il-provvedimenti tal-Kodici Civili li jirrregolaw il-mod kif ghandhom jitqiesu d-danni jitkellmu b'mod specifiku dwar telf effettiv, konsistenti fi spejjes inkorsi minhabba l-hsara kagunata u it-telf ta' paga jew qligh iehor attwali. Dwar dawn il-Qorti ma ghandha ebda diskrezzjoni u ghandhom jigu rizarciti in toto. Izda fir-rigward ta' telf ta' qligh li dik il-persuna tbati 'l quddiem minhabba inkapacita` ghal dejjem, totali jew parzjali, s-subartikolu (2) tal-Artikolu 1045 tal-Kap 16 jiddisponi li "Is-somma li ghandha tigi moghtija ghal din l-inkapacita` tigi stabbilita mill-Qorti, wara li tqis ic-cirkostanzi tal-kaz, u, b'mod partikolari, ix-xorta u l-grad ta' inkapacita`, u l-kondizzjoni tal-parti li tbati l-hsara.

Hawn ghalhekk naraw element diskrezzjonali li qed jinghata lill-gudikant. Il-ligi ma tridx li l-kumpens ikun biss rizultat ta' ezercizzju matematiku - ghalkemm tali ezercizzju huwa wiehed siwi u jwassal ghal certa uniformita` fil-likwidazzjoni tad-danni kif effettivament gara wara s-sentenza ta' 'Buttler vs Heard' - b'dana kollu l-gudikant ghandu jzomm quddiem ghajnejh aspett aktar wiesa' tal-problema u fl-ammont li finalment jakkorda bhala danni ghal-telf futur - dawk li fil-gergo huma maghrufa bhala 'lucrum cessans' - jipprova jimprimi sens ta' gustizzja billi mhux biss ihares lejn l-interessi tad-danneggat izda billi wkoll jittiehed in konsiderazzjoni dak lijkun kkawza d-dannu.

Hawnhekk il-Qorti qieset li ghalkemm kien jidher li l-attur kien milqutminn dizabilita` ta' natura permanenti bhala rizultat tal-incident de quo, ma kienx jidher li din id-dizabilita` b'xi mod effettwat avversament sew l-introitu tieghu kif ukoll l-avvanz fil-karriera tieghu. Infatti wara l-incident l-attur ikkwalifika fil-mestier li kien behsiebu jsegwi u sahansitragie impjegat bil-paga normali tal-grad tieghu mill-Korporazzjoni li kienet qed tindukrah bhala apprentist. Lanqas ma jirrizulta li d-dizabilita` ser tizdied fil-futur - bhal per ezempju meta jkun hemmgriehi fl-ghadam li jghati lok ghall-artrite prekoci jew progressiva - b'mod li tista` tfixkell l-kapacita` lavorattiva ta' l-attur.

Tenut kont ta' dan kollu din il-Qort qieset li s-somma likwidata mill-ewwel qorti kienet eccessiva u ma rat ebda raguni ghaliex l-attur kellu jigi kumpensat ghall-perjodu kollu tal-hajja lavorattiva tieghu, partikolarment meta hija l-prassi f'dawn il-kazi lil-gudikant jiehu in konsiderazzjoni l-effett tac-"chances and changes of life" li fir-realta` jistghu, ghar-ragunijiet kompletament indipendenti mill-incident de quo, jirriducu l-hajja lavorattiva tal-attur. Ghalhekk il-Qorti qieset li l-'multiplier' kellu jigi ridott minn dak ta' 44 sena ghall-35.

Ghal dak li kien jirrigwarda l-introjtu l-Qorti qieset li cirkostanzi tallum, fejn il-valurtal-lira dejjem niezel u konsegwentement l-pagi dejjem jgholew, ma rat xejn straordinarju l-ammont ta' introitu li gie mehud bhala bazi tenut kont li dan l-ammont ghandu jirrifletti kumpens futur.




Operational Programme 1
CONvErGE connected eGovernment


We use cookies to ensure that we give you the best experience on our website. If you continue without changing your settings, we'll assume that you are happy to receive all cookies. More Info