Reference: 556/1991/1

Judgement Details


Date
03/12/2004
Court
OF APPEAL (CIVIL, SUPERIOR)
Judiciary
DE GAETANO VINCENT, CAMILLERI JOSEPH D., FILLETTI JOSEPH A.
Parties
LUCCHESI JUDITH NOE vs SULTANA RITA PRO ET NOE ET
ECLI
N/A
Judgement Type
FINAL JUDGEMENT

Keywords / Summary


Keywords
KUNTRATT, SIMULAZZJONI - PRESTANOME
Summary
Il-mandatarju prestanom huwa dak li apparentement jezercita` drittijiet tal-proprjetarju, mentri fir-realta` mhux hlief il-mandatarju. Meta huwa, f'din il-kwalita` ta' mandatarju prestanom, jakkwistal-proprjeta` tal-haga immobili, ikun hemm att publiku li bih tigi lilu trasferita l-proprjeta` tal-haga, u konvenzjoni segreta fis-sens li huwa, pretiz akkwirent, mhux hlief mandatarju. Ghar-rigwardtat-terzi jibqa' l-principju illi, rispett ghal dawn, il-konvenzjonijiet segreti li jidderogaw ghall-konvenzjoni palezi, ma jipproducu l-ebda effett. Imma bejn il-mandant u l-mandatarju prestanom il-konvenzjoni vera tipprevalixxi ghall-konvenzjoni apparenti, u d-drittijiet u l-obligi tal-mandatarju prestanom jigu retti mil-ligi tal-mandat, u l-hwejjeg minnu akkwistati jappartjenu kwindi lill-mandant.

Meta wiehed jixtri, jew jakkwista bi kwalunkwe titolu li jkun, fond fl-interess ta' hadd iehor, u dan bis-sahha ta' mandat li dik il-persuna l-ohra tkun taghtu ghal dan l-iskop, il-fond hekk akkwistat minn dak il-mandatarju jsir tal-mandant minn dak il-mument stess, avolja l-mandatarjujkun ghamel l-akkwist tal-fond fl-isem tieghu proprju u fl-att ma jkun issemma' xejn li l-fond qieghed jinxtara fl-interess tal-mandant.

Il-mandat moghti ghal dan l-iskop m'ghandux bzonn jinghata bil-miktub, avolja ghandu bhala oggett tieghu l-akkwist ta' stabili; ghax mandat simili ma jimplikax da parti tal-mandatarju li jittrasferixxi l-fond lill-mandant wara li huwa jkun akkwistah fl-interess tal-mandant u bis-sahha tal-mandat.

U dak il-mandatarju jista' jigi kostrett ghall-ezekuzzjoni specifika ta' l-obligu tieghu li jittrasferixxi l-fond lill-mandant; u mhux il-kaz li jigi ritenut li l-mandatarju huwa inadempjenti, ghax akkwista l-fond f'ismu u mhux f'isem il-mandanti, u li ghalhekk huwa jista' jigi biss azzjonat ghad-danni, u mhux ukoll ghall-ezekuzzjoni specifika. U biex il-mandant jezigi gudizzjarjament din il-ezekuzzjoni specifika mhux mehtieg li huwa jimpunja l-att ta' l-akkwist; imma huwa bizzejjed li huwa jipprova li l-akkwirent tal-fond, meta deher fuq l-attta' l-akkwist, kien qieghed jidher u jikkuntratta fl-interess tal-mandanti, ghalkemm ghamel kolloxf'ismu proprju.

Madanakollu l-istitut tal-prestanome ma jistax jintuza ghal finijiet illecitijew sabiex tigi aggirata l-Ligi.




Operational Programme 1
CONvErGE connected eGovernment


We use cookies to ensure that we give you the best experience on our website. If you continue without changing your settings, we'll assume that you are happy to receive all cookies. More Info