Referenza: 90/2004

Dettalji tas-Sentenza


Data
02/12/2004
Qorti
CIVIL COURT, FIRST HALL
Ġudikatura
MALLIA TONIO
Partijiet
FENECH DR. ANN NOE vs CASSAR PULLICINO DR.LOUIS NOE
ECLI
N/A
Judgement Type
PARTIAL SENTENCE

Dettalji tal-Appellati


Appellata
Iva

Kliem Ewlieni / Fil-Qosor


Kliem Ewlieni
GURISDIZZJONI, HWEJJEG LI QEGHDIN JEW LI JINSABU F`MALTA - KONVENJU, WEGHDA TA` BEJGH MAGHMULA A NON DOMINO
Fil-Qosor
L-artikolu 742(c) tal-Kap. 12 tal-Ligijiet ta' Malta jaghti gurisdizzjoni li l-Qrati Maltin fil-konfront ta' "kull persuna, f'kawza dwar hwejjeg li qeghdin jew li jinsabu f'Malta".

Ghalkemm danil-motiv ta' gurisdizzjoni jkun applikabbli l-aktar meta l-oggett tal-kawza jkun immobbli sitwat hawn Malta, pero', jista' jkun il-kaz ukoll ta' mobbli, izda jehtieg li dak l-oggett li jkun jinsab Malta jkun "innifsu l-meritu tal-kawza".

Isthma f'kumpanija huma kwejjeg mobbli b'definizzjoniespressa tal-ligi (artikolu 315(a) tal-Kodici Civili). Jekk dawn jinsabu hawn Malta il-qrati Maltinikollhom gurisdizzjoni f'kawza dwar weghda ta' bejgh dwar l-istess.

Il-fatt li l-azzjonisti ta' socjeta' Maltija huma residenti u domiciljati barra minn Malta, ma jnehhix il-gurisdizzjoni ta' dawn il-Qrati, ghax l-azzjonijiet nfushom ikunu jinsabu Malta.

Il-Qrati ta' Malta ghandhom gurisdizzjoni li jinforzaw konvenju bejn zewg barranin meta l-oggett imwieghed fil-konvenju (li jista'jkun bini jew oggett mobbli) ikun jinsab fizikament hawn Malta.

Debitur ta' obbligazzjoni majistax jahrab mill-esekuzzjoni tal-istess billi jallega li issa saret impossibbli, meta kien hu stess li wassal ghal-"impossibilita'" tal-esekuzzjoni.




Programm Operattiv 1
CONvErGE connected eGovernment


Dan is-sit jagħmel użu mill-cookies biex jiggarantilek l-aħjar esperjenza. Jekk ma tbiddilx is-settings tiegħek, nifhmu li qed taċċetta l-użu tal-cookies b’mod awtomatiku. Iktar Informazzjoni