Reference: 1393/1993/1

Judgement Details


Date
16/11/2004
Court
CIVIL COURT, FIRST HALL
Judiciary
CARUANA DEMAJO GIANNINO
Parties
MONREAL TERESA PRO ET vs GRECH PIJU
ECLI
N/A
Judgement Type
PARTIAL SENTENCE

Appealed Details


Appealed
Yes

Keywords / Summary


Keywords
ADOZZJONI, RIKONOXXIMENT TA` ADOZZJONI BARRANIJA - DANNI, RESPONSABILITA` TAL-GVERN - DANNI, RESPONSABILITA` TAL-GVERN GHAL XOGHOLIJIET PUBBLICI - DANNI, RESPONSABILITA` TAL-GVERN LI JASSIGURA LI L-UZU TAT-TRIQ U L-FLOW OF TRAFFIC JIGU ZVOLTI MINGHAJR PERIKOLI JEW INSIDJI - KOLLIZJONI, HOFRA F`NOFS TA` TRIQ - KOLLIZJONI, VELOCITA`
Summary
Din kienet kawza dwar danni subiti in konsegwenza ghal incident stradali. Il-Qorti qieset li l-konvenut kien jahti in parte ghall-incident billi kien qieghed isuq b'velocitac eccessiva, filwaqt li l-konvenut Direttur Generali tax-Xogholijiet pubblici kien jahti in parte ghax ma hax hsieb li t-triq fejn sehh l-incident tigi livellata b'mod adegwat. Fil-fatt gie ritenut li hofra fit-trqi minn fejn kien ghaddej il-konvenut ikkontribwiet ghall-incident.

Punt li tqajjem f'din il-kawza kien jirrigwarda l-interess guridiku ta' l-atturi li jfittxu ghad-danni konsegwenti ghall-mewt, fl-istess incident, ta' tifel li huma kienu adottaw minn barra minn Malta.

Il-ligi taghmel distinzjoni bejn "adozzjoni" u "adozzjoni barranija", u "adozzjoni barranija" titqies "adozzjoni" fil-kaz illi jkun hemm ordni dwar hekk maghmul mill-ministru; f'dak il-kaz "adozzjoni barranija" tkun tiswa daqs adozzjoni maghmula f'Malta dwar tfal residenti f'Malta u favur persuni residenti f'Malta.

Fiz-zmien relevanti ghal din il-kawza, ma kien hemm ebda ordni maghmul mill-ministru.

Madankollu, il-Qorti qieset li n-nuqqas ta' ordni li bis-sahha tieghu "adozzjoni barranija" titqies "adozzjoni" taht l-art. 113 tal-Kap. 16 ma jfissirx illi "adozzjoni barranija" ma ghandha jkollha ebda sehh f'Malta ghax, ukoll dwar "adozzjoni barranija", il-qorti ghandha, taht l-art. 130(3(e)), "b'mod generali dawk is-setghat kollha li ghandha dwar adozzjoni", fosthom is-setgha li taghraf l-adozzjoni barranija ghall-ghanijiet tal-ligi f'Malta.

Il-Qorti qieset li n-nuqqas ta' dikriet ta' adozzjonimoghti f'Malta ma kienx izommha milli taghraf l-effetti ta' adozzjoni barranija fejn l-adozzjoni maghmula barra minn Malta u li kienet thares il-kondizzjonijiet kollha li trid il-ligi ta' Malta setghet tkun maghrufa hawnhekk ukoll.




Operational Programme 1
CONvErGE connected eGovernment


We use cookies to ensure that we give you the best experience on our website. If you continue without changing your settings, we'll assume that you are happy to receive all cookies. More Info