Reference: 2352/1999/1

Judgement Details


Date
12/11/2004
Court
CIVIL COURT, FIRST HALL
Judiciary
CAMILLERI GINO
Parties
KOUFRA HOLDINGS LTD vs ERIDIAN SHIPPING LTD ET
ECLI
N/A
Judgement Type
FINAL JUDGEMENT

Appealed Details


Appealed
Yes

Keywords / Summary


Keywords
MANDAT TA` INIBIZZJONI, BEJGH TA` IMMOBBLI - META JIDHOL FIS-SEHH - MANDAT TA` INIBIZZJONI, BEJGH TA` IMMOBBLI - REGISTRAZZJONI TA`
Summary
Din kienet kawza dwar l-effett li mandat ta' inibizzjoni fuq il-bejgh ta' immobbli kellu fuq kuntratt ta' trasferiment ta' proprjeta` milquta b'dak il-mandat.

L-artikolu 873(10) tal-Kapitolu 12jipprovdi li malli d-Direttur tar-Registru Pubbliku jirregistra mandat ta' inibizzjoni li jinibixxil-bejgh, trasferiment jew tnehhija ohra ta' proprjeta` immobbli, kull bejgh u trasferiment ta' immobli, li ghalihom jirreferi l-istess mandat, u li jkun sussegwenti ghall-imsemmija registrazzjoni, ikun null u bla ebda effett.

L-artikolu 873(9) tal-istess Kapitolu jipprovdi, fost affarjiet ohra, li minn jitlob il-hrug tal-mandat ghandu jiehu hsieb li l-istess mandat jigi notifikat lid-Direttur tar-Registru Pubbliku, li minnfih ghandu jikteb il-mandat fir-registri appositi. Dawn l-istessprovedimenti pero' jghamlu enfazi li dawn ir-registri jkun jista jarahom kullhadd. Ghalhekk il-kwestjoni tal-pubblicita' hi ta' certa importanza. Mhux bizzejjed li l-mandat jigi notifikat izda hemm bzonn u hu essenzjali li l-mandat jigi registrat fil-kotba appositi, liema kotba jkun jista jarahom kullhadd;

Hawnhekk il-mandat ta' inibizzjoni in kwestjoni gie notifikat lid-Direttur tar-Registru Pubbliku proprju fil-hin li l-impjegati jkunu spiccaw il-gurnata tax-xoghol taghhom. Generalmentmeta id-Direttur jircievi mandat bhal dak in kwestjoni huwa jkollu f'idejh zewg kopji. Fuq l-ewwelkopja tigi nnutata d-data u l-hin tan-notifika u l-istess kopja titpogga go box-file li jinzamm imsakkar ghand id-Direttur. It-tieni kopja tghaddi ghand skrivan sabiex il-mandat jigi indicjat u registrat fi ktieb li jinzamm appositament. Hu dan il-ktieb li jkun accessibbli ghall-pubbliku;

Il-Qorti qieset li, a bazi tal-imsemmija provedimenti tal-ligi, r-registrazzjoni ghandha tittiehed liissehh malli l-mandat jigi indicjat u registrat fl-imsemmi ktieb appositu li hu accessibbli ghall-pubbliku;

B'hekk gie deciz li l-mandat ta' inibizzjoni ma kellux jeffettwa l-imsemmi kuntratt udana peress li l-istess mandat gie registrat wara li sar il-kuntratt.

Il-Qorti qieset ukollli hawnhekk in-nutar li ppubblika l-kuntratt ikkonferma li r-ricerki, sabiex sar il-kuntratt, gew aggornati sal-ahhar gurnata possibli u ma kien irrizulta ebda impediment sabiex seta jsir il-kuntratt. Inoltre ma jirrizultax li qabel ma gie pubblikat il-kuntratt, il-mandat in kwestjoni gie notifikatlis-socjeta attrici, jew lin-nutar li ppubblika l-kuntratt jew lit-terzi li kienu l-vendituri jew minn deher ghalihom fuq il-kuntratt.




Operational Programme 1
CONvErGE connected eGovernment


We use cookies to ensure that we give you the best experience on our website. If you continue without changing your settings, we'll assume that you are happy to receive all cookies. More Info